Out of stock
Kif jista’ jkun li raġel stramb, żorr u mqit jiġi milgħub minn mara? X’setgħa kellha din biex ġabitu jibża’ min-nisa u jaħlef li ma jgħinhomx iżjed, l-aktar jekk ikunu żgħażagħ, ħelwin u senswali? Ir-Raġel Stramb kien Bolxevist konvint fil-belt ta’ Varsavja taħt il-ħakma Bolxevista. Ħabb tfajla Kattolika, daqsu konvinta fid-din tagħha. Minn naħa oħra, għen tfajla Lhudija b’altruwiżmu, bla kundizzjoni. Iżda ġara mument f’ħajtu li bidillu mġibtu ta’ taħt fuq! Għall-inqas fl-aħħar, fi gżira ċkejkna f’nofs il-baħar Mediterran, isib il-kenn, is-sliem u s-solitudni f’iżolament personali f’dar fuq għolja mwarrba min-nies … sakemm jum wieħed, mingħajr mistenni, tidher quddiemu tfajla Maltija li tnissillu biża’ ġdid.
Mela x’inhu l-misteru li aħjar jibqa’ mistur?
Għaliex kellu jtemm il-karriera tiegħu ħesrem?
Għaliex l-ego tiegħu tkisser f’umiljazzjoni u tilef lil min ħabb tassew?
Għaliex terġa’ tidħol tfajla Maltija f’ħajtu meta hu ma ridhiex?
Għaliex tibqa’ tippersisti f’relazzjoni mimlija antagoniżmu u stmerrija?
Għaliex kellha fl-aħħar tifhem l-istramberiji tiegħu meta dan kien tard wisq?