DESCRIPTION
Jaqq, Piff u Aħħ! huwa ġabra ta’ novelli umoristiċi, fejn l-intoppi, is-sorpriżi, il-ħmerijiet, l-intejjen, id-daqqiet ta’ ħarta u l-affarijiet diżgustanti li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum, ma jonqsux! Insibuhom ma’ wiċċna meta ma nkunux qed nistennewhom.
Ħafna drabi jkun tort tagħna għax il-loġika ninsewha. Minħabba f’hekk, nidħlu f’sitwazzjonijiet imprekattivi b’ruħna u b’ġisimna, b’konsegwenzi xejn pjaċevoli. Dan kollu jseħħ meta niġu daharna mal-ħajt. F’kelma waħda, inwaqqgħu l-ġebla fuq saqajna!
Serrħu moħħkom, ħbieb, għaliex, darba f’mitt qamar, tiġina waħda tajba.