Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Konvoj
Michael Cini
€13.00
Category: Novels
DESCRIPTION

Il-Ġrajja li naf jiena biss!

Vjaġġ ta’ Mħabba qlubija … u Vittorja!

 

Jiena kont hemm. Iva, fuq l-Ohio.

Ma temminx? Taħseb li nkun qiegħda nħarref jekk ngħidlek li jiena rkibt bil-moħbi fuqu mal-maħbub tiegħi, bit-tama li niġi lura Malta?

Ma temminx li jiena rajt l-ajruplani tal-għadu kważi jmissu mal-arbli ta’ dan it-tanker, huma u jisparaw fuqna u jwaddbulna l-bombi?

Taħseb li ma bżajtx meta bdejt nara l-vapuri ta’ madwarna, wieħed wara l-ieħor jintlaqtu mit-torpedoes tas-sottomarini? Isiru balla nar u jinbelgħu mill-abbissi ta’ dak il-baħar mudlam bin-nies ta’ fuqhom b’kollox?

Dażgur, għax il-Konvoj li għalik u għal Malta kollha dejjem fisser festa ta’ ferħ, rebħa u salvazzjoni ta’ poplu, għalija fisser biss biża’ u sogru kbir. Taqtigħa ħarxa li biddlitli ħajti meta l-avventura ta’ żewġ żgħażagħ imqanqlin mill-imħabba lejn xulxin, inbidlitilna f’ħolma kerha. Ġrajja li lili qasmitli qalbi.
Ġrajja li ħallietni nissielet u ngħum waħdi f’baħar ta’ memorji.
Ġrajja ta’ destin li bqajt inġorr għall-kumplament ta’ ħajti.
Ġrajja li għadni qatt ma rrakkuntajt lil ħadd.
Għax hija l-ġrajja li naf jiena biss!

RELATED BOOKS

  • Luciano

    by Luciano

    €12.00
  • September Rain

    by September Rain

    €15.00
  • Inside the Horse

    by Inside the Horse

    €14.00
  • Iben id-Dell vol 1 u vol 2

    by Iben id-Dell vol 1 u vol 2

    €28.00
  • Noti Blu

    by Noti Blu

    €11.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Preżenza Il-Kmandament Numru Ħdax ħobb lil-ħolqien Scroll to top