Marjanna u oħtha Rakela, wara li missierhom abbandunahom, tilfu wkoll lil ommhom meta kienu għadhom żgħar. Rakela trabbiet man-nanna, filwaqt li Marjanna spiċċat f’orfanatrofju mmexxi mis-sorijiet li kienu jħobbuha ħafna.
Hemm Marjanna għaddiet minn trawma kerha li baqgħet iġġorrha magħha saħansitra wara li żżewġet lil Sandro. Sadattant, Rakela żżewġet lil Alex, li kien ħu Sandro. Sandro u Alex kienu wlied Victoria, armla ta’ Tonio. Fin-nofs tidħol Antonella, qaddejja mal-familja ta’ Victoria …
- X’kienet it-trawma li għaddiet minnha Marjanna?
- X’kien sar minn Rakela?
- Għaliex kien hemm il-biża’ li ż-żwieġ bejn Sandro u Marjanna seta’ jfalli?
- Kif tidħol fil-ġrajja Antonella?
- Min kien tabilħaqq missier Benjamin?
- Sandro x’sigriet xtaq iġorr miegħu sal-qabar?
It-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet il-qarrej se jsibhom fil-paġni ta’ dan il-ktieb; rumanz ieħor mill-isbaħ ta’ Alfred Massa, rumanz b’tema soċjali u kontemporanja. Huwa għoxrin rumanz ta’ dan il-kittieb, meqjus minn bosta kritiċi u qarrejja bħala wieħed mill-aħjar rumanziera Maltin ta’ żminijietna.