Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
L-Għorfa f’Tarf l-Irdum
Victor Fenech
€12.00
Category: Children
DESCRIPTION

Malta lejn tmiem is-seklu tmintax. Tlitt itfal jisfidaw il-biża’ u l-preġudizzji tar-raħal żgħir tagħhom, jidħlu f’għorfa abbandunata mkebba f’misteru antik, u jinqabdu f’sensiela ta’ ġrajjiet li żgur qatt ma ħolmu bihom.

Kif setgħu jobsru li taħt l-istess raħal tagħhom għadha teżisti dinja oħra – id-“Dinja ta’ Taħt’’ tal-ħrejjef antiki – u li fiha għadhom jgħammru żewġ tribujiet opposti f’kunflitt etern minħabba r-raġġi tax-xemx?

Kif kien possibbli li ż-żewġ tribujiet baqgħu jeżistu fid-dinja ta’ taħt l-art għal tant żmien? Għaliex kien importanti għaż-żewġ naħat li jaħtfu lit-tfal taħt idejhom mill-aktar fis? U x’daħlu jagħmlu s-sħaħar iż-żgħar li jgħammru fil-foresta?

F’din l-avventura, jew fantasija Gotika, niltaqgħu ma’ għadd ta’ protagonisti mhux tas-soltu, kif ukoll ma’ xi drawwiet qodma tal-ibgħad antenati tagħna. Nassistu wkoll għall-ġlieda eterna bejn il-ħajjen u t-tajjeb, anki jekk kultant il-linja ta’ bejniethom hi xi ftit oskura.

Jirnexxilhom it-tfal mid-“Dinja ta’ Fuq” isibu triqthom lura lejn ir-raħal minsi ta’ Ħal Belusa? U int, il-qarrej, x’taħseb dwar il-ġrajja? Seħħet jew ma seħħitx tassew? X’rabta teżisti bejn il-fantasija u r-realtà?

RELATED BOOKS

  • Is-Sigriet ta’ Għar is-Sriep

    by Michael Cini

    €6.00
  • Lejl fit-Teatru

    by Daniel Cini

    €5.00
  • Luke u r-Rigal ta’ Santa Klaws

    by Victor Fenech

    €12.00
  • It-Tulipan l-Iswed u drammi oħra

    by Joe Friġġieri

    €8.00
  • Tikek ta’ Gabrijel

    by Rita Saliba

    €6.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Jean-Paul u Sebbelliku Qawmien Tliet Drammi Scroll to top