Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Luke u r-Rigal ta’ Santa Klaws
Victor Fenech
€12.00
Category: Children
DESCRIPTION

Min ma jħobbux il-Milied? Festa ta’ ferħ u mħabba, għax tfakkarna fit-twelid ta’ Ġesù Bambin; festa ta’ dwal u tiżjin u ċerimonji reliġjużi; u speċjalment għat-tfal iż-żgħar, festa ta’ rigali. Luke huwa wieħed minn dawn it-tfal li minn kmieni rabtu qalbhom ma’ din il-festa speċjali.

Huwa wkoll wieħed minn bosta tfal żgħar li jemmnu f’Santa Klaws, dak ix-xwejjaħ tal-baffi bajda u l-barnuża ħamra li kull Milied, mingħajr ma jidher, jidħol fid-djar iqassam ir-rigali lit-tfal ta’ qalb tajba. Hekk telgħu jemmnu eluf kbar ta’ tfal ta’ età żgħira mxerrdin mad-dinja kollha. U Luke hu wieħed minnhom.

Imma din hi l-ewwel darba li Luke qed jistenna b’ħerqa kbira rigal mingħand Santa Klaws. Tgħid isseħħ il-ħolma tiegħu? Tgħid Santa Klaws jiftakar fih? U jekk jiftakar, x’se jġiblu speċjali f’dan il-jum qaddis?

Imma fuq kollox, osservaw kemm ir-ritwal kollu tal-ġimgħa tal-Milied iferraħ liċ-ċkejken Luke. U kemm din il-festa reliġjuża ġġib magħha ferħ kbir bil-wasla ta’ Ġesù Bambin li ġie fostna biex jurina t-triq it-tajba.

RELATED BOOKS

  • Lellux u Peprin

    by Lellux u Peprin

    €5.00
  • Weraq tal-Fidda Stejjer u Versi għat-Tfal

    by Weraq tal-Fidda Stejjer u Versi għat-Tfal

    €10.00
  • Ruby u l-Kaxxa bil-Buttuni

    by Ruby u l-Kaxxa bil-Buttuni

    €12.00
  • Gabrijel irid Misluta

    by Gabrijel irid Misluta

    €6.00
  • Ir-Razzett Minsi

    by Ir-Razzett Minsi

    €9.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Weraq tal-Fidda Stejjer u Versi għat-Tfal Stejjer mill-Bosk u Mkejjen Oħra Scroll to top