Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Stejjer mill-Bosk u Mkejjen Oħra
Patrick Sammut
€9.00
Category: Children
DESCRIPTION

Stejjer mill-Bosk huwa r-raba’ ġabra ta’ rakkonti għat-tfal ta’ Patrick Sammut. Dawn huma 15-il rakkont ieħor li l-awtur xi darba rrakkonta lil uliedu qabel raqdu, imma li wara għaddiehom minn proċess ta’ tirqim f’dik li hi lingwa u tlaħħim f’dak li hu kontenut.

Huma stejjer li għandhom bħala protagonisti kemm bnedmin, ħafna minnhom tfal, kif ukoll bhejjem differenti li huma mogħtija karatteristiċi umani, fosthom il-kapaċità li jitkellmu u li jħossu għal ħlejjaq oħrajn.

Sammut juża lingwa mexxejja u Malti idjomatiku biex b’hekk l-esperjenza tal-qari tinbidel f’waħda mhux biss ta’ pjaċir imma wkoll ta’ tagħlim. Dawn huma stejjer li jħaddnu valuri pożittivi, fosthom: il-ħbiberija, ir-rispett lejn il-proxxmu, is-sabiħ tat-tfulija, u s-sodisfazzjon li wieħed jikseb minn ħidma onesta.

L-imkejjen fejn isseħħ l-azzjoni huma kemm reali kif ukoll fantastiċi, bħalma huma l-personaġġi. Stejjer mill-Bosk huma kitbiet li għandhom mill-ħrafa tradizzjonali, mill-ħolma, u anki mill-cartoons li xi darba jew oħra segwejna fuq it-televiżjoni. Jinżlu għasel mat-tfal u anki ma’ min għad għandu t-tifel jew it-tifla ġewwa fih.

RELATED BOOKS

  • Il-Kantina tas-Sigrieti

    by Il-Kantina tas-Sigrieti

    €5.00
  • Ir-Razzett Minsi

    by Ir-Razzett Minsi

    €9.00
  • Id-Daqqaq ta’ Ħamlin

    by Id-Daqqaq ta’ Ħamlin

    €11.00
  • Pito u Pita

    by Pito u Pita

    €5.00
  • Gabrijel u l-Flokk tar-Rokit

    by Gabrijel u l-Flokk tar-Rokit

    €6.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Luke u r-Rigal ta’ Santa Klaws Patatinu Scroll to top