L-Università Mafia
John P. Portelli
€15.00
Category:
Rumanzi
DESCRIPTION
“Ktieb li qrajt f’żewġ nifsijiet”
Lara Calleja
F’dan ir-rumanz, Portelli ma joqgħodx lura mis-satira tal-politika fl-akkademja. Tista’ tidħaq jew tieħu għalik, kif tixtieq int. Nagħti garanzija li xi ħaġa żgur se tissorprendi lill-qarrejja.
Robert Pisani
Portelli jirnexxilu jwaħħad flimkien l-esperjenza tal-emigrazzjoni u l-ħajja fi ħdan l-istituzzjoni universitarja, bil-makkinarju ta’ poter tagħha li jitlob konformità. Portelli ma jinħebiex wara strataġemmi letterarji; f’kull paġna tħoss ir-rabja, il-frustrazzjoni,
u d-diżillużjoni ta’ min kellu ideali għolja u rahom jiġġarrfu quddiemu. Forsi fl-aħħar mill-aħħar dak hu l-effett tal-mafji kollha kemm huma: it-tiġrif tal-ispirtu uman, it-telf tat-tama. Hekk biss il-mafja tirrenja.
Aleks Farrugia


