Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Mejt
Anton Grasso
€10.00
Category: Rumanzi
DESCRIPTION

Mimensjoni Ġdida fil-Biża

Itlob biex ma jisbaħx

Edizzjoni riveduta tat-tnax-il volum ta’ stejjer u
d-dsatax-il ktieb ta’ Anton Grasso, immirata għall-qarrejja
li jagħżlu lil Grasso bħala l-awtur favorit tagħhom.

 

M’hemm ebda ħelsien minn dan il-waħx ġdid tal-għoxrin seklu. Hemm xi ħaġa fl-arja – stramba u tal-biża’. Ma tidhirx iżda jidher l-effett tagħha fuq il-bniedem – moħħ  il-bniedem. Tibda minn tifel ta’ sitt snin li joqtol
il-kelb u tinfirex bħal sħaba mniġġsa fuq il-belt kollha, thedded ’il-bniedem, tibdlu f’annimal mostruż b’kilba mġewħa li joqtol. Fi ftit jiem titqanqal katastrofi. Tipiċċa l-imħabba, il-mogħdrija, is-sigurtà. Il-bniedem jinża’ kull sentiment. M’hemmx aktar missirijiet, ommijiet u wlied, ħbieb jew ġirien. Hemm biss bhejjem waħxija jfittxu l-uniku sodisfazzjon f’tiġwiħ id-delitt. Is-sintomu ta’ din il-marda ġdida hu l-mejt…

Għal darba oħra Anton Grasso jippreżentalna għażla ta’ stejjer fejn il-biża’ jidher f’suriet differenti. Ilaqqagħna ma’ karattri bħall-bniedem tat-triq, li nafuh u nkellmuh. Idaħħalna f’emozzjonijiet imċarrta bejn it-tajjeb u l-ħażin, bejn dak li nixtiequ u dak li tassew għandna nagħmlu. Iressaqna qrib realtà mkeffna fi ħtijet id-delitt ta’ bnedmin li jippreferu l-mewt minn ħajja bla mħabba, ta’ innoċenza fgata fil-mewt li tibqa’ tfittex il-vendetta. Magħġuna f’dawn l-istejjer hemm il-biża’ tradizzjonali mħallat mal-modern fi ġlieda bejn l-imħabba, l-għira u l-mibegħda f’kuntrast bejn iż-żewġ universi l-aktar qrib u l-aktar imbiegħda: Alla u x-Xitan.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Marija Bint Sidor Tangerine Glow Scroll to top