Mewta Mistħoqqa!
Marie Louise Ellul
€10.00
Category:
Tfal
DESCRIPTION
Ġabra ta’ Novelli
Il-ktieb Mewta Mistħoqqa huwa ġabra ta’ stejjer qosra… stejjer strambi, kurjużi u mudlama, li jġegħluk taħseb kemm huwa kumpless moħħ il-bniedem.
In-natura, l-annimali u l-affarijiet inanimati kultant jieħdu l-liġi b’idejhom biex jerġgħu joħolqu bilanċ u armonija fil-ħajja ta’ ċertu individwi. Dan jagħmluh billi jeħilsu mill-bniedem qarrieqi. Kull mewta hi differenti, skont iċ-ċirkustanzi, u tiġi ħabta u sabta. Lanqas biss ikunu jafu x’laqathom.
Bniedem jeqred lil bniedem ieħor b’mod stramb, indirett u mhux mistenni. Iżda min jobżoq fis-sema, f’wiċċu jiġi!