Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Patatinu il-Ħmar tar-Remissa
Maria Ferriggi
€11.00
Category: Children
DESCRIPTION

Ikomplu l-avventuri ta’ Patatinu fuq ir-razzett ta’ Ġanni. Għall-ewwel darba fir-raħal, issir purċissjoni bil-parteċipazzjoni ta’ Patatinu. X’ġaralu Don Michele? Waqt attività tal-kunsill, Marì tiltaqa’ ma’ Daniele, student magħha fl-iskola. X’ser jiġri minn Stellinu? Tgħid imur lura lejn daru jew jiddeċiedi li jibqa’ jgħix ġo Val Verdun? Marì u l-familja tagħha jinżlu Malta għal xi ġranet. Min ser jieħu ħsieb ir-razzett? Żjara mhux mistennija tilqa’ lil Marì u lil Patatinu f’Lanexjum. Patatinu u Sapjenza jkollhom diskursata f’nofs ta’ lejl. X’qed jiddiskutu daqshekk importanti f’dan il-ħin? Wasal Milied ieħor. Tgħid min sejjer għar-reċta tal-Milied fl-iskola ta’ Marì u Żeppi? Patatinu jew Ġwejda? Fuq ir-razzett jaslu Xwejku u l-familja tiegħu. Kienu xi ftit imwerwra u nkwetati. Min jaf għalfejn? F’għodwa sajfija, Marì flimkien ma’ Daniele joħorġu lil Patatinu fuq il-muntanja meta jiltaqgħu mal-istilla tal-muntanja. Kemm kellhom leġġendi x’jirrakkontaw lil xulxin fuq din l-istilla! Min kien Griżu? U x’kien qed jagħmel ħdejn Ġerbużella? Għalfejn Dottor Vincenzo del Globo kien qed jiġi ta’ spiss sar-razzett ta’ Ġanni? Dan kollu u ħafna aktar stejjer fl-istorja tat-tielet ktieb ta’ Patatinu.

RELATED BOOKS

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u Stejjer Oħra Scroll to top