DESCRIPTION
Hu, imdawwar bil-ħbieb imma waħdu, midfun ħaj fid-dwejjaq ta’ ħajja xejn faċli…
Hi, titħabat kuljum kontra l-kurrent tal-ħajja. Tissielet biex tlaħħaq m’Alla u max-xitan… Eżawrita, waħedha…
Imma sekonda waħda biss hija biżżejjed biex iddawwar dinjiethom ta’ taħt fuq…
Sekonda sekonda, ftit ftit, bħalma ġibjun jimtela bil-qatra l-qatra, bdew jafdaw.
“Għal dejjem kemm hu twil?” reġa’ staqsa b’ħarsa ta’ tfajjel ċkejken lin-nibxa li kienet imħanna miegħu. Tbissmitlu bi dmugħ ta’ ferħ igelgel ma’ ħaddejha. “Ġieli sekonda waħda biss tkun għaddiet.”