Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Siparju
Alfred Degabriele
€13.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Ħafna drabi ngħidu li ż-żmien jgħaddi u jnessi. Iżda wisq drabi wkoll it-tifkiriet u r-reminixxenzi li jħallilna mhux lakemm twarrabhom – bħalma mhux faċli tinsa l-akbar ġrajjiet f’ħajtek u ta’ dawk li kienu jgħixu madwarek.

Il-Moviment Qawmien Letterarju twieled 50 sena ilu. Illum forsi ngħidu li kien għamel żmienu. Iżda ħadd ma jiċħad il-fatt li – minkejja xi nuqqasijiet ’l hawn u ’l hinn – permezz tiegħu sar ħafna ġid lill-Ilsien Malti u l-Letteratura Maltija f’kull ġeneru. Issa dawn daħlu sew fl-isfera tal-ħajja u nkisru għalihom il-barrieri li kienu jbarruhom, u ukoll jekk dak li f’dak iż-żmien konna nqisuh modern issa għaddew ħamsin sena minn fuqu.

Huwa dan li jippruvaw jgħidu u jġeddu f’Siparju – ktieb ta’ tifkiriet – ħafna mill-protagonisti ta’ dak il-Moviment: it-tlugħ u l-inżul li esperjenzaw fl-entużjażmu ħawtieli tagħhom. F’kull wieħed jew waħda bħal inħossu l-ferħ għas-sehem mogħti bix-xewqa kbira li lkoll kellhom li l-Malti jibqa’ jikber u li l-Letteratura Maltija tibqa’ tissaħħaħ u turi ż-żmien li qegħdin ngħixu.

RELATED BOOKS

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Minn Fomm il-Kittieb Vol 1 An Asylum For Mystics Scroll to top