Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Tlettax
Kenneth Caruana
€13.00
Category: Rumanzi
DESCRIPTION

Mill-ftit dawl li beda dieħel mit-tieqa,
John seta’ jara lil William rieqed, nofsu mikxuf.

Dik l-għodwa xi ħaġa ma kinitx f’lokha! John resaq lejn sieħbu, ċaqalqu u ma kienx hemm reazzjoni. Sejjaħ għall-għajnuna
u gwardjan ġie jgħaġġel jiftaħ il-bieb taċ-ċella…

Permezz ta’ dan ir-rumanz inħoss li t-thriller bil-Malti
għadda l-eżami tal-maturità tiegħu. Kenneth Caruana ħadem
fuq każ li mingħalina nafu kollox dwaru f’ambjenti li kien jinħtieġlu jirriċerka bis-sħiħ biex jippreżentahom b’mod konvinċenti.
Hu dan jirnexxilu jagħmlu tajjeb ħafna, u fuq kollox iżomm
lill-qarrej sal-aħħar itella’ u jniżżel fuq l-istat mentali
tal-protagonist u l-motivazzjoni wara għemilu (jew forsi n-nuqqas tagħha). U dan jagħmlu bis-saħħa tal-fatt li n-nisġa mhix waħda lineari. Hija mżewqa bit-thewdin ta’ William,
titjirietu lura għal żminijiet oħra tal-istorja ta’ ħajtu,
bit-tħaddim f’waqtu ta’ nixxigħat ta’ ħsibijiet xi minn daqqiet deliranti. In-narrattiva mbagħad mhux nieqsa
minn deskrizzjonijiet f’mumenti qawwija
u djalogar naturali għall-aħħar.

Prof. Toni Aquilina
Università ta’ Malta

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
L-Erwieħ tal-Gżejjer Maltin u lil hinn minnhom Easeful Death Scroll to top