Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Xehir fis-Skiet
Omar Seguna
€12.00
Category: Poems
DESCRIPTION

“Ngħidha bla tlaqliq li Omar Seguna huwa poeta għal qalbi, għax fis-sempliċità tal-versi tiegħu tinħass ruħ li taf tiżen u taf tħoss in-niket u n-nuqqasijiet tal-kotra. L-iżbilanċ soċjali jdejqu sew; hekk dejjem xehdet il-poetika tiegħu. Il-leħen tal-protesta tiegħu hu inċiżiv, imma qatt kattiv jew abbużiv. Meta jistqarr li hu ‘bħal ramla f’deżert’, tifhem sew l-umiltà u sew l-għadab tiegħu għall-arroganza tal-poter kull fejn tinbet. Għaldaqstant bosta poeżiji f’din il-ġabra jixhdu t-tbatija u d-diżugwaljanza li għadhom kotrana f’dinja li suppost hi tagħna lkoll.

Omar huwa wkoll wieħed mill-ftit poeti lokali li ħaddmu l-poeżija plastika, fejn ukoll iħaddem ferm tajjeb il-lingwaġġ tiegħu b’arranġamenti viżwali bħal f’It-Triq lejn id-Dar u f’Ħajt. F’dan il-qasam aktarx li l-aktar waħda oriġinali hi Demm, li, miktuba bl-aħmar, tqarreb ħafna l-arti viżiva. Fir-ruħ makabra tagħha tħoss il-qilla tal-għelt u tal-protesta. F’termini ġenerali, il-poeżija ta’ Omar hi waħda ta’ osservazzjoni soċjopolitika, ta’ kejl sensittiv u ta’ twiddib ġust. Jagħraf, bħal kull poeta, li vrusu mhux se jbiddlu d-dinja, imma jagħraf ukoll li l-kruha li teżisti taħt it-tlellix ta’ soċjetà għamja-truxa trid tibqa’ tiġi missielta f’ġieħ is-sewwa. Din hi t-tielet ġabra ta’ Omar Seguna; jidher li baqa’ kostanti fit-tematika tiegħu: l-analiżi meqjusa u l-viżjoni nobbli ta’ għejxien ġust għal kulħadd. Hija ħolma ta’ ġustizzja soċjali li ma naffordjawx nitilqulha l-ħabel. Omar hu poeta importanti f’din it-taqbida ġusta.” Victor Fenech

RELATED BOOKS

  • The Shadow

    by Ahmed Miqdad, John P. Portelli

  • Ilma

    by Gioele Galea

    €15.00
  • Journey

    by Victor Fenech

    €25.00
  • Megalomanija Perversa Poeżiji

    by Justin Schembri

    €13.00
  • Imsiebaħ

    by Alfred Degabriele

    €12.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Megalomanija Perversa Poeżiji Poeżiji 1964-2019 Scroll to top