Untitled Document
Tyrone Grima, Justin Schembri – Frekwenzi Msikkta – €12

Xi wħud jafu jsibu dawn ir-rakkonti ta’ Grima u Schembri offensivi u indeċenti minħabba d-deskrizzjonijiet ċari (“oxxeni”) u sesswali li fihom. U allura rridu naraw (kull wieħed għal rasu) kif dawn ir-rakkonti jġibu ruħhom fid-diskussjoni ta’ bejn il-letteratura u l-pornografija. Jekk insibu aspetti psikoloġiċi jew soċjali fihom allura jkunu jimmeritaw approvazzjoni estetika.
Il-Professur Charles Briffa

Għall-ewwel kien iweġġgħu xi ftit. Imma ftit biss. U James kien serraħlu rasu, u hekk kien fil-fatt, li aktar ma jiġi għandu ta’ spiss, inqas iweġġa’ għax jidra, u meta tidra tweġġa’ inqas. Anzi tieħu pjaċir. Tieħu gost.
Minn “twila u magħrufa” – Tyrone Grima

Tawlet idha lura u niżżlet iż-żipp tal-libsa. Żerżqitha ’l isfel u nkixfulha spallejha sbieħ kollhom nemex ċari. Imbagħad bra abjad. Tat skoss u l-libsa żelqet ’l isfel. Inkixef ġisimha mislut jiġbdek. Qalziet ta’ taħt tal-ħajta, abjad ukoll issikkat ma’ bejn saqajha bbuzzat ’il barra.
Minn “dell impertinenti ta’ verità mistkerrha” – Justin Schembri

frekwenzi msikkta
Untitled Document