Nicole.
Ħajjitha fi żmien l-adolexxenza jġibuhielha infern.
Abbuż fiżiku u psikoloġiku.
Ħatfet lil Nicole minn rasha u sabbtithielha mal-ħajt.
Nicole iżżerżqet miegħu, bilkemm taf x’laqatha.
Tiġi offruta l-għajnuna, imma din ftit li xejn tkun effettiva.
Sakemm jitfaċċa Aidan. U l-ħajja ta’ Nicole tinbidel. Nicole ma tistax temmen xortiha. L-abbuż ikompli, imma issa għall-inqas hemm hu.
Billi tħallih jeħdilha żewġ ritratti?! Tikkuntentah!
“Issa għandi lejn xiex inħares meta nkun qed inħossni waħdi!”
Imma x-Xitan jerġa’ jdeffes denbu. Din id-darba, l-abbuż huwa ferm iżjed umiljanti.
Nicole, mingħajr sapport addattat mill-familja, u fraġli, tiltaqa’ onlajn ma’ nies li ma tafx, u malajr tibda drawwiet ġodda. Meta waqfet, weħħlet għajnejha fuq l-iskrin, u wara dak li għaliha deher qisu eternità, rat rasu titħarrek. Imbagħad, bla ma laħqet rat wiċċu, idu telgħet għal quddiem il-kamera, u daqshekk! Skrin iswed. Nicole damet taħseb f’dak li messha tagħmel, u fl-aħħar qatgħetha li ma tagħmel xejn.
Nicole intelqet f’apatija. Se ssib għajnuna din id-darba?