Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
L-Ewwel Preżenza
Michael Cini
€13.00
Category: Novels
DESCRIPTION

L-imħabba tal-ħares ma tmut qatt!

Lil Rożina kont inħobbha. Ħabbejtha b’qalbi kollha meta kont żagħżugħ, meta kont għadni b’saħħti. Proprjament, meta kont għadni ħaj!  U issa li d-destin firidna minn xulxin, xorta waħda għadni ma nistax nitlaqha. Ma nistax ninfired minnha. Għadni rrid nibqa’ magħha. Irrid li nibqa’ ngawdiha għax fl-‘ispirtu’ jien xorta waħda għadni nħobbha.

Ma rridhiex tħobb lil ħaddieħor. Li tkun ta’ ħaddieħor. Irrid li Rożina tibqa’ tiegħi – anzi tiegħi biss! Hi taf li jiena nkun ħdejha. Tħossni maġenbha. Tħoss is-sħana tan-nifs tiegħi. Il-wens tat-tgħanniqa mqanqla tiegħi… la jien issa sirt il-ħares sigriet tagħha.

Il-ħares li se nibqa’ nħobbha, nipprovdilha, inħarisha, u anki nfissidha.

Għax l-imħabba tal-ħares… ma tmut qatt!

Imma tgħid, tfajla sabiħa bħal Rożina tiegħi lesta li tqatta’ l-kumplament ta’ ħajjitha waħedha? Imxennqa għall-imħabba? Imxennqa għal xi żagħżugħ ieħor… tad-demm u l-laħam bħalha?…

RELATED BOOKS

  • Mejt

    by Mejt

    €10.00
  • Fis-Satra tal-Velu

    by Fis-Satra tal-Velu

    €12.00
  • Difrejn il-Falkun

    by Difrejn il-Falkun

    €14.00
  • belgħa te

    by belgħa te

    €20.00
  • Ritratt Bla Ħsieb

    by Ritratt Bla Ħsieb

    €13.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Ritratt Bla Ħsieb Frascati Scroll to top