IMĦABBA TAĦT L-ASSEDJU. DEĊENNJU QABEL, ta’ Darren Agius, Horizons, 2024
Xi kummenti minn Patrick Sammut Dan il-prequel għal rumanz ieħor ta’ Darren Agius itul mal-189 paġna u huwa mqassam f’16-il kapitlu. Fid-“Dedika u Ħajr” naqraw hekk: “Permezz ta’ din l-istorja nixtieq insellem il-memorja ta’ dawk il-Maltin li bis-sagrifiċċji u bil-ħajja tagħhom jagħmluna dak li aħna llum.” Darren Agius bħal sa mill-bidu nett iberraħ l-għan tal-kitba […]
