Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija
Charles Briffa
€40.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija jippreżenta approwċ ta’ sfida għal kif wieħed jaħseb fuq it-traduzzjoni Maltija. Huwa kors ta’ qari komprensiv fuq il-kwalità ta’ traduzzjoni Maltija, waqt li joffri spjegazzjonijiet ċarissimi fuq problemi teoretiċi involuti fis-suġġett tal-istudji tat-traduzzjoni.

Fih medda wiesgħa ta’ suġġetti bħal:

il-ġrajja storika tat-traduzzjoni Maltija

bixriet kulturali fit-traduzzjonijiet Maltin

xejriet teoretiċi mħaddmin mit-tradutturi Maltin

xeħtiet letterarji fil-Malti bħala lingwa mira

U kull wieħed minn dawn is-suġġetti jinfetaħ, bħal murtal tal-ftuħ, f’topiks oħra bit-temi u l-argumenti tiegħu.

 

Fil-qofol tiegħu l-ktieb jimplika li l-ħidma tat-traduttur titlob ħakma xierqa ta’ żewġ lingwi fiha struttura progressive tinvolvi teħid ta’ deċiżjonijiet fuq strateġiji tkun attività kreattiva

 

Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija huwa għal dawk li jridu jaħdmu fil-qasam tat-traduzzjoni: studenti, professjonisti, riċerkaturi, awturi, xandara, u tradutturi.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Vetustior Glorior – Ġrajjet l-Irhieb ta’ Santu Wistin fir-Rabat u... Colonial Encounters Scroll to top