Albert Marshall first came to my notice at the time of our Island’s cultural renaissance in the midperiod of the swinging game-changing decade of the 60s. His Grotowski-like theatre direction carved new and avant-garde pathways for Malta’s then still traditional stage productions.
PROF. RICHARD ENGLAND
Il-varjetà tax-xogħlijiet li nsibu f’dawn iż-żewġ volumi, li mhumiex ix-xogħlijiet kollha li kiteb Marshall għat-teatru, jagħtuna stampa tajba ta’ moħħ attiv u kreattiv li kapaċi jsib l-interessanti anki fis-sitwazzjonijiet li jidhru frivoli, il-grottesk f’dak li suppost li hu serju u l-irreverenti f’dak li suppost li hu solenni. Dawn il-volumi jiftħu bieb fuq il-kreattività ta’ Marshall, imma ġudizzju fuqu bħala bniedem tat-teatru ma jistax isir mingħajr ma jitqies ukoll ix-xogħol tiegħu bħala direttur. Hija ħasra li, bħalma jiġri dejjem fit-teatru, il-memorja ta’ din il-ħidma tibda tiċċajpar sakemm tibqa’ teżisti biss fil-mumenti li ġew immortalizzati minn xi fotografu jew minn xi kritiku.
DR MARCO GALEA
Niftakar l-ewwel darba li ltqajt ma’ Albert. Enerġija bla rażan, tbissima infettiva, għajnejn kbar blu lesti jiskopru dak kollu li hu possibbli jiġi skopert. U fl-istess ħarsa d-dwejjaq li m’għandux biżżejjed żmien biex ikompli jiftaħ kull bieb li jiltaqa’ miegħu. Ħarsa ta’ min ma jibżax jesperimenta, ma jibżax jaqleb kulma kien magħruf, kulma kien tradizzjonali, u jibdilhom f’esperjenzi ġodda, jiddu b’tifsir li kien jolqot fil-laħam il-ħaj, b’ħeġġa tbaqbaq, bla ebda kompromess. Dan ma ninsieh qatt. U peress li qatt ma nsejt, Albert kien wieħed minn dawk li għal dejjem influwenzawli l-karriera, kif jien ċert, influwenza l-ħajja ta’ ħafna oħrajn. Grazzi, Albert. Ninsab kburi li kelli l-unur nipproduċi L-Indemonjati. Issa żmien li terġa’ lura f’dan it-teatru Malti. Hemm ferm aktar li għandu joħroġ minn dak it-talent tant rari. Immissjajnieh. Nimmissjawh.
MARIO PHILIP AZZOPARDI