Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Esperjenza Unika, Sabrina
Jacqueline Mizzi
€10.00
Category: Rumanzi
DESCRIPTION

X’ġara sena wara mill-karattri tal-ktieb Esperjenza Unika, Love? X’sar minnhom Elisa, Ruth, Robert u Marco? U fuq kollox … x’ġara minn Sabrina?

Weħidha. Bi ħwejjiġha maħmuġin u xagħarha mgħaqqad bil-bżiebeż ħerġin… Għajnejha bħal żewġ ħġiġiet ċassi, bis-swaba’ jteftfu f’xulxin u b’qalbha tħabbat sitta sitta, hekk kif kienet tistenna li tisma’ l-passi tqal resqin lejn kamritha, tisma’ l-ħoss tal-pum idur, u l-bieb tal-kamra jinfetaħ b’żaqżiqa…

Ir-relazzjoni sigrieta ta’ bejniethom kienet tagħmel kull laqgħa tagħhom iktar eċċitanti…

Wiċċha ġot-toilet tħoss l-istonku tiela’ u tirremetti l-biċċa ħobż li kienet kielet ftit qabel bit-tama li jgħaddilha l-ħruq ta’ stonku…

Qabditha rogħda ma’ ġisimha kollu. Ħasset għoqla tielgħa fi griżmejha u l-paniku beda jiżdied hekk kif ratu jintilef minn sensih u minn imnifsejh beda nieżel gelgul demm…

Dan kien sigriet li kellu jibqa’ mistur!

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Il-Kmandament Numru Ħdax Shadows in Penumbra Scroll to top