Paul P. Borg
DESCRIPTION
Għaliex ma hemmx kmandament li jgħid ċar u tond “Ħobb lill-ħolqien”?
Paul P. Borg jinseġ ġrajja mimlija avventuri ta’ żagħżugħ Malti, jismu Mosè, li jemmen li Alla tah kmandament ġdid biex jiżdied mal-għaxra li nafu bihom.
Bħas-suldat li jkollu joqtol għal pajjiżu, Mosè jibża’, imma jaf ikun vjolenti; kif ngħidu, joqtol għall-ambjent: il-ġustizzja trid tkun ċlaqq plumm! Min jeqred xagħra, ipattihielu. Min jaħraq ħarruba, ipattihielu. Min jgħarraq kelb, ipattihielu. Fuq kollox, dan hu ċelebrazzjoni ta’ bidu ġdid fil-ħarsien tal-ambjent naturali u l-ħolqien ta’ Malta tagħna.