Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Skjava fil-Ktajjen tal-Imħabba
Michael Cini
€13.00

— OR —

Category: Rumanzi, Kotba tal-mument
DESCRIPTION

Daqqa ’l fuq u daqqa ’l isfel. Hux hekk imdorrijin ngħidu meta xi ħadd jistaqsina kif aħna? Biss, nista’ ngħidlek li fil-każ tiegħi, minn meta żżewwiġt, ħajti nbidlet f’maltempata kontinwa; burraxka li niżżlitni taħt wiċċ l-ilma u li qajla ħallietni nieħu nifs. Bdejt inħabbat wiċċi mal-qilla tal-irwiefen u l-baħar imtela b’kull xorta ta’ ħalel tal-abbuż. Naqdef kemm naqdef, il-kurrent kien dejjem kontra tiegħi. Dejjem jassarni. Dejjem għakkisni. Dejjem sawwatni. Dejjem rebaħli hu.

Kien irnexxieli nikkonvinċi lili nnifsi li xorta waħda kelli għal xiex nibqa’ ngħix. Bilfors, għax l-uniku skop li kien għad fadalli f’ħajti, jiġifieri binti, kien għad kellha bżonni. Ma stajtx nitlaqha għal riħha. Ma stajtx nabbandunaha kif kien għamel żewġi lilna t-tnejn. Għalhekk, kelli bilfors nibqa’ nbati fis-silenzju… sakemm…

Sakemm fl-aħħar, wara dan il-qtigħ il-qalb kollu, feġġ merżuq ħanin, raġġ ta’ dawl qawwi, sabiħ u mimli wens. Raġġ jarmi s-saħħa u tama ġdida għal ħajti. Raġġ li salvani mill-jasar li kont maqbuda fih biex għenni nitla’ fil-wiċċ u nerġa’ nibda nieħu n-nifs. Għenni nwarrab is-swied il-qalb u nerġa’ nibda nitpaxxa bil-kuluri u s-seħer u l-passjonijiet imqanqla li taf toffri l-imħabba vera.

Imma tgħid, l-ajru verament kien se jissaffa?

RELATED BOOKS

  • Ħin l-Istejjer

    by Ħin l-Istejjer

    €12.00
  • Mar-Rima tar-Rebbiegħa u stejjer oħra

    by Mar-Rima tar-Rebbiegħa u stejjer oħra

    €13.00
  • In-Natura Tibki

    by In-Natura Tibki

    €14.00
  • L-ittra ta’ Osama u stejjer oħra

    by L-ittra ta’ Osama u stejjer oħra

    €14.00
  • Mużajċi tat-tafal

    by Mużajċi tat-tafal

    €13.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved
’Il Barra mill-Isqaq Il-Kmandament Numru Ħdax Scroll to top