Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Ħsiebu Jsuqu
Charles Briffa
€20.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

Oliver Friggieri, hu u jestendi l-elementi ewlenin tal-kontemporanjetà, jifhem il-kreattività bħala laqgħa produttiva bejn il-letteratura u ż-żmien.

Fil-firxa letterarja ta’ pajjiżna, Friggieri huwa kontinwazzjoni ta’ Dun Karm, u għaldaqstant fuq il-platform letterarju Friggieri għandu jitqies bħala awtur nazzjonali. Hemm fih imħabba fundamentali għal ġensna, għax il-kitbiet kreattivi, ġurnalistiċi, u akkademiċi tiegħu jidħlu b’qawwa nazzjonali u kulturali biex jagħtu rapport siewi fuq il-ħajja u r-ruħ tal-ġens. U dejjem iwassal l-ideat tiegħu b’leħen prudenti ħa jkattar l-istabilità fil-mentalità Maltija. Huwa interpretu u għassies tal-valuri u l-kultura tal-Gżejjer Maltin. U Ħsiebu Jsuqu: Oliver Friggieri Jżomm l-Idea tal-Umanità jagħti ħjiel ta’ kemm hu minnu dan li qed jingħad.

Dan il-ktieb jipprova jittrasformalna l-mod kif nifhmu lil Oliver Friggieri u l-kontemporanjetà tagħna. Ix-xogħol letterarju kollu tiegħu, kemm bħala professur tal-letteratura u kemm bħala rumanzier u poeta, huwa mmotivat minn dawn it-tliet prinċipji: li l-letteratura trid tinvolvi ruħha soċjalment sabiex toħloq għarfien xieraq; li l-letteratura trid tirrifletti l-umanità fit-tfittxija tagħha għat-tifsir tal-ħajja; u li l-letteratura trid tibda mill-interpretazzjoni tal-ambjent ta’ pajjiżna u timxi lejn tifsir universali.

 

U l-isforzi tat-tpinġijiet tiegħu bil-bajrow huma espressjonijiet li jixhdu ħsieb meditattiv li wkoll ifittex xi verità umana.

Il-Professur Charles Briffa jgħallem il-Letteratura Maltija u t-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta, u huwa kritiku letterarju, studjuż tal-Malti, u traduttur.

RELATED BOOKS

  • NAQQAXTEK FUQ IL-PALI TA’ JDEJJA

    by Drachma Parents Malta

    €15.00
  • Mikiel Anton Vassalli

    by Ivan Said

    €26.00
  • ĠIMGĦA wara ĠIMGĦA

    by Vince Fabri

    €11.00
  • Ir-Rebbieħ li għadu jirbaħ

    by Dun Ġużepp Gauci

  • Bejn Storja u Miti: L-Imħallef Giovanni Bonello

    by Sergio Grech

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Fl-Arena ta’ Moħħu Il-Ġrajja Wara l-Kelma Scroll to top