Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Fl-Arena ta’ Moħħu
Charles Briffa
€25.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Victor Fenech joqgħod iterraq fuq il-fruntiera bejn proża u poeżija biex joffrilna perspettiva oħra fuq ir-relazzjonijiet soċjali li nsibu madwarna. L-istil mentali tiegħu jaħdem bil-ġustapożizzjoni u d-djalogiżmu. Il-forma, għal poeta bħal Fenech, hija dak l-element li jsawwar dak li jgħid. Il-forma tmur mal-ħsieb u tilgħab bil-lingwa u l-viżwal. Ħafna mill-għabar kulturali jiddependi fuq l-għażla tal-forma poetika.

Dan il-ktieb juri li Victor Fenech huwa awtur intellettwali. Mimli kultura. Mimli referenzi. Mimli djalogiżmu. Imma fl-istess ħin huwa mimli soġġettività. Biss, fih il-personali malajr jingħaraf bħala ġenerali; u l-individwu jsir mikrokożmu. U jrid jinqara b’mod produttiv. Għax xogħlijietu jagħmlu sehem minn maqdes ruħu mdawwar b’arena mentali. Fenech jikkaratterizza l-kontemporanjetà. Il-valuri estetiċi tal-moderniżmu jiksbu xejriet siewja fil-kontemporanjetà f’għamla ta’ rewriting.

Il-letteratura ta’ Fenech tidher avvanz lura lejn il-ħajja; il-ħsieb ikun f’saħħtu bil-libertà tal-forma. Il-kitba letterarja tiegħu għandha personalità li tgħożż il-ġmiel u tikkritika l-kontemporanjetà, u ġġagħalna nissuspettaw fil-valuri tal-lum. Mhix biss kritika iebsa tal-kontemporanjetà imma hija wkoll sfog muġugħ ta’ lment personali kontra l-ħajja li jingħaqad ma’ lmenti personali oħra ta’ poeti kontemporanji.

 

Il-Professur Charles Briffa jgħallem il-Letteratura Maltija u t-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta, u huwa kritiku letterarju, studjuż tal-Malti, traduttur, u xandar. Briffa f’dan il-ktieb jagħti biss tidwiqa ta’ ħajja mimlija attivitajiet kulturali u ħidma ħabrieka u ħarrieka. L-għan tiegħu huwa li juri lil Victor Fenech bħala bniedem ħawtiel f’oqsma differenti u lieżem fis-soċjetà Maltija.

RELATED BOOKS

  • Bejn Storja u Miti – L-Avukat Herbert Ganado

    by Bejn Storja u Miti – L-Avukat Herbert Ganado

    €25.00
  • Closest To The Heart

    by Closest To The Heart

    €36.00
  • Siparju

    by Siparju

    €13.00
  • Maqful fil-ħabs ta’ ġbini … il-poeta tat-tbatija, Carmel Attard

    by Maqful fil-ħabs ta’ ġbini … il-poeta tat-tbatija, Carmel Attard

    €35.00
  • The Spazju Kreattiv Art Collection

    by The Spazju Kreattiv Art Collection

    €38.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Dellijiet Jgħajtu fir-Ras Mario Azzopardi: Poeżija, Narrattiva, u Kummiedja... Ħsiebu Jsuqu Scroll to top