Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Ir-Ruħ Tqell bil-Poeżija
Charles Briffa
€20.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Il-ktieb tal-kritika ta’ Charles Briffa, Ir-Ruħ Tqell bil-Poeżija – Louis Briffa: Il-Ħsieb Inċanat jesplora bir-reqqa xi xejriet tal-poeżija kontemporanja Maltija. Dawn ix-xejriet jgħinu lill-qarrejja jiftaqdu x’sehem għandha l-poeżija fil-moħħ ta’ Louis Briffa. Dan il-poeta jitqabbel ma’ ħaddieħor imma jiġi mistħarreġ l-aktar fuq il-merti tiegħu nnifsu. Dan l-istudju jagħti għarfien aktar fuq l-esperjenzi tal-qarrejja meta jiddiljaw ma’ poeta kontemporanju.

L-esperimentazzjoni u r-radikalizzazzjoni fil-poeta jittieħdu biex ikun hemm tħassib xieraq fuq ir-reazzjoni tal-lingwa fuq il-ħajja umana. Ħajja mġarrba. Il-qarrejja jħossu f’dan il-poeta kwalità intrinsika li ssawwar id-dehra tal-ħsieb u tiddetermina s-saħħa tal-poeżiji. U jarawh fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ nisa diversi u jittawlu ftit fid-dehra sesswali tiegħu.

Fil-poeżiji ta’ Louis Briffa (li b’mod indirett iqajjem il-mistoqsija: Xi tfisser li tkun bniedem?) insibu kompożizzjonijiet organiċi għax f’kitbietu l-impuls u l-forma huma ġejjin direttament mill-qawwiet interni tal-esperjenza. Bil-poeżija organika tiegħu jagħraf il-perċezzjoni tiegħu għax il-poeżija, ibbażata fuq l-intuwizzjoni fl-esperjenzi, issir esploratorja: ħidma esploratorja fid-dawrien psikoloġiku.

Dan huwa poeta li ma tantx ifittex l-impersonalità għax spiss tixref is-soġġettività f’kitbietu. Il-konnessjoni bejn is-suġġett u x-xogħol ma tinħallx, u dan ikattar l-ispirtu universali. Is-soġġettività tiegħu ma tħalliniex nistaqsu “Dan jiġri lill-bniedem?” Imma twassalna nistqarru “Dan jiġri lill-bniedem.” U s-soġġettività tgħaddi għall-universalità.

Il-Professur Charles Briffa għallem il-letteratura Maltija u t-teorija u l-prattika tat-traduzzjoni fl-Università ta’ Malta għal ħafna snin, u huwa kritiku letterarju, riċerkatur tal-Malti, u traduttur. L-interessi ewlenin tiegħu huma l-istilistika kognittiva (li tidher sewwa fil-bosta pubblikazzjonijiet tiegħu fuq l-awturi Maltin) u l-lingwistika kulturali (li hu jxandar regolarment fuq stazzjonijiet differenti tar-radju u t-televixin).

RELATED BOOKS

  • Scratches and God, and Some Lines

    by Scratches and God, and Some Lines

    €25.00
  • Il-Ġrajja Wara l-Kelma

    by Il-Ġrajja Wara l-Kelma

    €35.00
  • PASSJONI Merging Art and Faith

    by PASSJONI Merging Art and Faith

    €35.00
  • Cor ad Cor Loquitur Qalb tkellem lill-Qalb 2/I u 2/II

    by Cor ad Cor Loquitur Qalb tkellem lill-Qalb 2/I u 2/II

    €30.00
  • 40 SENA TA’ WAĦX … U AKTAR

    by 40 SENA TA’ WAĦX … U AKTAR

    €15.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
NAQQAXTEK FUQ IL-PALI TA’ JDEJJA Noise Scroll to top