Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Dellijiet Jgħajtu fir-Ras Mario Azzopardi: Poeżija, Narrattiva, u Kummiedja Soċjali
Charles Briffa
€15.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Mario Azzopardi huwa kritiku soċjali kruċjali u l-proċess kreattiv tiegħu spiss jinħass forza kontroversjali qawwija fi ħdan l-ambjent soċjokulturali ta’ żmienu. Il-kitbiet ta’ Azzopardi jitfgħu bosta dubji fuq standards tradizzjonali u forom stabbiliti, u jinvestigaw ħwejjeġ li jikkawżaw uġigħ uman u tbatija soċjali.

Il-poeżiji, il-poesejs, u r-rakkonti Azzopardjani huma ġeneralment prodott tas-soċjetà tagħhom u essenzjalment huma “soċjali” fis-sens li hemm kawżiet soċjali li jqanqlu l-produzzjoni tagħhom; għalhekk jittrattaw temi soċjali u kontenut relevanti għaż-żmien tagħhom, u jippruvaw (forsi aktar mix-xogħlijiet ta’ ħaddieħor) iġibu xi forma ta’ effett soċjali. Għaldaqstant l-espressjoni artistika tiegħu trid tingħaraf bħala mera soċjali. Bħala prodott soċjali l-kreattività tiegħu tiffoka fuq il-kritika soċjali biex jippolitiċizza l-ideat. F’dan il-kuntest it-terminu “soċjetà” huwa l-link territorjali bejn l-arti u r-realtà, u għalhekk għal Azzopardi s-soċjetà dejjem tibqa’ ċ-ċentru tal-attenzjoni tiegħu.

Fil-kitbiet tiegħu jfiġġu suġġetti li tradizzjonalment f’Malta kienu jitqiesu pprojbiti jew offensivi bħas-sesswalità mberrħa, id-deformazzjoni grotteska, it-tweżwiż u l-faċċjoliżmu tar-reliġjużi, u l-arja żejda fl-imħabba għall-pajjiż – suġġetti li jżidu dettalji fil-pittura tal-perċezzjoni tiegħu fuq il-kontemporanjetà. Fl-esperimentazzjoni tiegħu tal-vers proġettiv u tal-poesejs inqeda u baqa’ juża l-forom stilistiċi tal-ironija u l-parodija, tal-ambigwità u l-ispontanjetà, tal-lingwa figurattiva u l-awtodefinizzjoni. L-evokazzjoni grafika tħalltet mad-drammatiċità barokka għall-aqwa effetti li seta’ jipproduċi.

F’dan il-ktieb, Dellijiet Jgħajtu fir-Ras naraw lil Mario Azzopardi fil-partijiet tiegħu ta’ poeta, prożatur, poesejist, pittur, kritiku, ġurnalist kulturali (artikolist), direttur tat-teatru, editur, u għalliem.

Il-Professur Charles Briffa jgħallem il-Letteratura u t-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta, u huwa kritiku letterarju, riċerkatur tal-Malti, u traduttur.

RELATED BOOKS

  • Bejn Storja u Miti – Monsinjur Victor Grech

    by Sergio Grech

    €25.00
  • L-Erwieħ tal-Gżejjer Maltin u lil hinn minnhom

    by Kav. Joseph M. Spiteri Audibert

    €15.00
  • Ħsiebu Jsuqu

    by Charles Briffa

    €20.00
  • GOAL Volume 7 – The Eighties A Period of Revival (1979-1989)

    by Carmel Baldacchino

    €25.00
  • A Mediterranean History of Modern Art: Tension between History and Metahistory

    by Giuseppe Schembri Bonaci

    €40.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Maltese Tokens a collection Fl-Arena ta’ Moħħu Scroll to top