Din il-ġrajja sseħħ f’Malta u fi Sqallija. Wara l-mewt ta’ missieru, ommu reġgħet iżżewġet u ħalliet lil binha Edgar f’idejn ħutha xebbiet anzjani Delina u Stella. Dawn rabbewh b’sikkatura esaġerata sa meta kiber u daħal l-università. Edgar ħa grazzja ma’ Miriam, iżda peress li kienet tfajla illeġittima, niesu qatt m’aċċettawha. Sadattant, it-tieni raġel t’ommu ħadha lejn l-Awstralja. Biex jifirduh minn Miriam, zijietu bagħtuh Sqallija fejn kien hemm ħuhom patri. Hemm Edgar jieħu grazzja ma’ Giulia u jinsa għal kollox lil Miriam. Din it-tieni avventura romantika lil Edgar ħarbtitlu ħajtu waħda sew. Lura Malta Edgar taha għax-xorb. Interessanti tmiem ir-rumanz li żgur inissel demgħa f’għajnejn il-qarrej.
Bħas-soltu dan ir-rumanz tipiku ta’ Alfred Massa jinkludi paġni ta’ storja, folklor, sokor u fuq kollox xeni romantiċi mimlijin passjoni…



