Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Ix-Xewka tal-Iskorpjun
Ben Agius
€16.00
Category: Rumanzi, Kotba tal-mument
DESCRIPTION
Spija Taljan, imlaqqam ‘L-Iskorpjun’, qiegħed isus wara tagħrif sigriet li jista’ jgħin lil Mussolini jxejjen konfoffa kontra tiegħu u jirbaħ il-gwerra fil-Mediterran.
Wara li jkun xhud tal-qtil brutali ta’ Madame Mimì, il-padruna tal-burdell fejn kienet taħdem ommu, dan it-tagħrif jaqa’ f’idejn Joe, tfajjel ta’ disa’ snin bi problemi mentali.
Meta l-Iskorpjun jintebaħ b’dan, Joe u ommu Tereża ma jkollhomx triq oħra għajr li jaħarbu mill-Belt taħt il-bombi tal-ewwel ħbit tal-għadu.
Ladarba tinduna li l-pulizija ma jistgħux jgħinuha, l-uniku lok fejn setgħet issib kenn u tinħeba ma’ binha kien ir-razzett ta’ missierha, mnejn Tereża kienet ħarbet kważi għaxar snin qabel.
Iżda fit-trankwillità tal-Fawwara, il-gwerra għal Tereża u binha kienet għadha ser tibda…

RELATED BOOKS

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Il-Logħba tal-Imħabba L-Aħħar Kwadru Scroll to top