Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Sale!
ilsien selvaġġ
Jasmine Bajada
€10.00 €8.00
Category: Poetry
DESCRIPTION

In-natura minn dejjem kienet maħbuba tal-poeta: tkellmu bil-ħdura li terġa’ tħaddar fir-rebbiegħa, bil-krib tal-baħar f’maltempata u b’xi għanja t’għasfur, rużinjol jew tal-bejta. U l-poeta dejjem ħabb lin-natura lura bi kliemu.

Il-vuċi poetika ta’ Jasmine Bajada, fl-ewwel ġabra tal-poeżiji tagħha ilsien selvaġġ, tgħaqqad l-uman man-natura billi tesprimi l-protesta f’forma ta’ mħabba: l-imħabba lejn il-fjurdulis selvaġġ, l-imħabba lejn ir-ramel tal-Qbajjar li għeb, u fuq kollox, l-imħabba lejn l-Ieħor f’kull inflezzjoni tiegħu.

Id-debutt ta’ Bajada huwa l-arti bħala lingwa li tgħaqqad id-distakk sterili bejn l-umanità u n-natura. F’ilsien selvaġġ, l-umanità hija n-natura, in-natura umanità. Din hija ġabra ta’ poeżiji dwar xi tfisser li tkun bniedem, tibża’ għall-Ieħor, għall-art, għall-baħar … u tibża’ għall-imħabba li tista’ tisparixxi jekk ma ssalvahiex imqar f’poeżija.

Poeżija li ddawwarlek ħarstek — hemm aktar x’tara u dinja sħiħa xi tħobb.

RELATED BOOKS

  • Għera Poeżija

    by Gioele Galea

    €12.00 €6.00
  • Time… and time again

    by Charles Flores

  • Unsilenced poems for Palestine

    by John P. Portelli

  • Imkien Għall-Kenn Poeżiji

    by John P. Portelli

    €15.00 €10.00
  • Klessidra

    by Lillian Sciberras

    €10.00 €5.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
mis-sema ‘l isfel L-Istorja ta’ Peter il-Fenek Scroll to top