It-Tewmi tax-Xmara huwa rumanz imnebbaħ mill-ġrajjiet tal-gwerra
fl-Ukrajna.
Fih, l-awtur Charles Buttigieg jispira ruħu ħafna wkoll mill-esperjenza twila tiegħu f’ħidma ma’ refuġjati minn bosta pajjiżi, inklużi nies li għal raġunijiet partikolari jippruvaw jitbiegħdu mill-ġlied u l-ħerba.
Petro jkun it-tewmi ta’ Kateryna, Ukrena miżżewġa lil Noel, raġel Malti.
Kateryna, żewġha u binhom żgħir ikunu jgħixu Malta, waqt li Petro jkun baqa’ Lviv, l-Ukrajna.
Meta, fl-2022, tibda l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, Petro jħoss oġġezzjoni qawwija tal-kuxjenza għall-gwerra. Ma jkunx irid jispiċċa obbligat jispara fuq bnedmin oħra. Għalhekk jippjana li jitlaq mill-Ukrajna baxx baxx.
Lil oħtu jħabbrilha dan il-ħsieb tiegħu, iżda ma jgħidilha xejn dwar kif kien beħsiebu jwettqu. Dan minħabba li dak li jkollu f’moħħu jkun jinvolvi perikli serji u ma jkunx irid jissogra li jdaħħal f’xi inkwiet lilha jew lil żewġha.
Quddiem għajnejn Petro jkun hemm ix-xmara. Jiġrilu, però, li jgħib u jsir misteru.