Jekk veru tħobb, kapaċi tagħmel affarijiet li ma jitwemmnux
X’inhi l-imħabba? Il-Mażunerija u l-idejn moħbija kif iwasslu biex jaqilbu l-ħajja ta’ Brian Balzan ta’ taħt fuq? Dakinhar tat-tieġ tiegħu huwa jiġi arrestat u akkużat li spara lill-President ta’ Malta. Sejra martu, Myriam, tabbandunah ġewwa t-Taqsima Forensika ta’ Mount Carmel? Huwa minnu li l-imħabba ġġiegħlek tagħmel il-ġennati?
“L-Imħabba Oħt il-Ġenn hija storja mimlija azzjoni, eċċitament u anzjetà li ma tħallikx titlaqha minn idejk sakemm taqraha kollha.”
Gino Lombardi
Awtur u Attur
“L-Imħabba Oħt il-Ġenn tant hu mexxej u fih azzjoni kontinwa li kull paġna li bdejt naqra bdejt naraha tieħu l-ħajja. L-istorja turik li jekk veru tħobb, kapaċi tagħmel affarijiet li ma jitwemmnux.”
Emanuel Cassar
Attur u Xandar
“L-awtur irnexxielu jinseġ ġrajja interessanti, eċċitanti u intriganti. L-Imħabba Oħt il-Ġenn għandu jinqara u jsib postu fil-libreriji ta’ min tassew iħobb il-qari Malti.”
Salv Sammut
Kittieb u Rumanzier