Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Mużajċi tat-tafal
Joe Camilleri
€13.00
Category: Short Stories
DESCRIPTION

Dawn in-novelli jressqulna l-mużajċi ta’ karattri ordinarji li niltaqgħu magħhom kuljum. Minn barra jistgħu jidhru sħaħ u qawwija, iżda meta nterrqu magħhom fit-tiġrib ta’ ħajjithom nintebħu li huma nies tat-tafal. Nies li baqgħu ankrati mal-imgħoddi tagħhom u jibżgħu minnu. Oħrajn li jixxennqu għal żegħila ta’ apprezzament. Bnedmin li jgħixu l-fantasiji sesswali jew li huma msallba minn ossessjonijiet bħall-biża’ mill-ewtanasja. Bnedmin li jfittxu X-ray tagħhom infushom għax ma jafux jiskopru x’hemm midfun fil-qiegħ ta’ qalbhom u ruħhom. Karattri li jitbandlu mal-iskossi u l-bidliet kulturali. Uħud vittmi tal-egoiżmu jew ta’ piki suppervi li jġarrfu familja. Karattri li jinħbew taħt il-maskri. Kultant jirrabjawna; kultant iqanqlulna ħasra jew jiġbdulna tbissima.

Nimxu ma’ nies tad-demm u l-laħam f’esperjenzi varjati li jgħaddu minnhom. Ninfdu l-filoxxi tal-ħajja u niltaqgħu mal-kunflitti interni u fir-relazzjonijiet, mat-tensjonijiet, mal-beżgħat, mal-kuntradizzjonijiet, in-nuqqas ta’ komprensjoni, id-diżillużjoni, il-falliment, l-emozzjonijiet qliel. Ma’ dak li jsawwar il-mużajk fraġli tal-ħajja.

RELATED BOOKS

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Irġiel tat-Tiben u Żewġ Drammi Oħra L-Appuntament mad-Destin u Stejjer oħra Scroll to top