Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Ixtri
  • Dwarna
  • Riċenzjonijiet
  • Ikkuntatjana
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Patatinu
Maria Ferriggi
€7.00
Category: Tfal
DESCRIPTION

“Kien lejl bikri tar-rebbiegħa. Għalkemm Marzu kien kważi spiċċa, il-kesħa xorta kienet għadha tinħass. Il-lejl kien daħal sewwa. Is-sema kien ċar daqs il-kristall, b’kotra ta’ stilel ileqqu u jibbrillaw. L-annimali kollha kienu reqdin fir-razzett ta’ Ġanni. Skiet perfett.”

Għodwa waħda, felu ta’ ħmar beda jgħix fir-razzett ta’ Ġanni, ġo Val Verdun, flimkien ma’ għadd ta’ annimali u bhejjem oħra li jsiru l-ħbieb tiegħu. Hu jkun rigal tal-birthday għal Marì mingħand ommha u missierha. It-tifla semmietu Patatinu. Tgħid isiru ħbieb? X’avventuri se jaqsam ma’ Marì? Taħseb li tkun kburija bih?

Għaliex il-kurżità ta’ Paprina ma tħalli ’l ħadd bi kwietu, anzi żżommhom dejjem fuq ix-xwiek bil-mistoqsijiet tagħha? Bl-umiltà kollha, Patatinu jirnexxilu joħroġ l-għerf u jissodisfa lil kulħadd bit-tweġibiet li jagħti.

Mhux hekk biss … isir ħabib ta’ Sapienza, u magħha jitkellem fuq il-beżgħat tiegħu. Minħabba l-qalb tajba li kellu, persuna speċjali tiġi żżuru u titlob l-għajnuna tiegħu. Patatinu jaċċetta u jgħaddi minn esperjenza unika u sabiħa ma’ din il-persuna li tispiċċa f’sorpriża li la hu u lanqas Marì ma kienu qatt jistennew.

RELATED BOOKS

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2019 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Stejjer mill-Bosk u Mkejjen Oħra Jean-Paul u Sebbelliku Scroll to top