Reffiegħa tad-dellijiet Novelli ta’ Joe Camilleri
(pubblikazzjoni www.horizons.com.mt, paġni 308) Apprezzament ta’ Tarċisju Zarb Daħla Il-kelma ‘dell’, għalkemm ma fihiex toqol fiżiku, fiha hemm toqol bla qiegħ f’dik li hija qagħda subkonxjuża, prikonxjuża, inkonxjuża u l-bqija. Għax hija turija ċara tas-‘swidija’, li hemm taħkem fina l-bnedmin, li xi darba jew oħra ltqajna ma’ xi skontru jew inkontru li fih tbenġilna, […]