Leħen mix-Xagħri Maħqur –

Paul P.Borg bl-Ekofilosofija Letterarja,

Charles Briffa

Horizons, 2021

 

 

Dan il-ktieb huwa fuq xi affarijiet li ġraw fil-letteratura Maltija mill-aħħar tliet deċennji tas-seklu 20 sa tmiem it-tieni deċennju tas-seklu 21. B’mod aktar eżatt, huwa fuq awtur, Paul P.Borg, li qatagħha li jkattar il-valuri tal-letteratura meta jitkellem f ’isem il-magħkus. U f ’dawk il-valuri tidher ixxewqa li l-awtur irid isir bniedem aħjar billi jkun aktar ġenwin miegħu nnifsu.

 

Borg għandu relazzjoni mal-ambjent. Jidher ambjentalist. U dan il-ktieb (fost ħwejjeġ oħra) jipprova jifli ftit kif illetteratura li jikteb Borg tippriserva din l-identita ambjentalista. Imma fil-proċess jikxef ħajtu ġewwiena f ’xogħlu. Huwa studju organizzat madwar il-letteratura u jikxef il-karatteristiċi talistil mentali. Fil-programm għal-letteratura tiegħu l-kelma ssir strument ta’ qawwa u ċarezza fis-servizz tal-kontemporanjeta skont kif jifhimha Borg. Il-kitba tiegħu taqdi ħtieġa għax tesplojtja kondizzjonijiet ta’ mentalita kontemporanja u kull darba toffri perċezzjoni li tħassibna fuq il-mod ta’ ħajja u burdati li nsibu fostna fi żmienna. U mix-xejriet li jixirfu mil-letteratura tiegħu (li spiss tipprova tmerrek il-ħsieb konvenzjonali jew kollettiv) nistgħu nkomplu nikkaratterizzaw lilna nfusna llum.

 

Imma biex jinftiehem dan il-ktieb ix-xogħlijiet ta’ Borg iridu jinqraw bis-sabar u l-ħsieb. Il-letteratura ta’ Borg turina b’mod sostanzjali l-ħsieb eżistenzjali tiegħu. Hija kitba bbażata fuq ir-riflessjoni li trid tikkonkretizza l-ħsieb bl-istħajjil kreattiv. Hija letteratura li tgħaqqad l-għajxien mal-ħsieb. Fil-proża kreattiva u filpoeżiji jesponi l-proċess intimu tal-ħsieb bi xrar suġġestiv ħalli jesplora esperjenzi vitali li jnixxu mill-bniedem meta jiltaqa’ mal-ambjent tiegħu. Meta Borg jirriduċi ruħu għal ħsieb letterarju jippenetra fil-karatteristiċi tal-kontemporanjeta, bħala dak il-bniedem li jaħfen l-għerf bħala ħaġa prattika u mhux bħala ħaġa astratta.

 

Il-qofol ta’ awtur bħal Borg jinsab f ’xi qagħda li għandu x’jaqsam magħha l-bniedem. U l-awtur jagħraf x’xorta ta’ eżistenza jkun hemm. Ikun hemm eżistenza ta’ qerda u eżistenza ta’ ħarsien mill-qerda. Ix-xogħol tal-letteratura huwa li teħles ċertu għerf fuq il-ħajja bil-ħila ta’ attivita kreattiva li minnha jittawwal moħħ riflettiv li jipprova jkun mhux sempliċiment spettatur imma partiċipant fil-bidla għall-ġid aħħari tal-umanita.

 

Hekk Borg jitqies ħassieb li bħala individwu li jeżisti jagħtina r-realtà interna tiegħu. Hija realtà (misluta millesperjenza tal-eżistenza personali) li sseħħ fit-tiġrib talħassieb. U kultant id-dinja tidher ambigwa u Borg jagħtina xi probabilitajiet. Għalih il-probabilità hija x’aktarx il-gwida tal-ħajja. Donnha l-letteratura tiegħu turi attitudni jew perspettiva oħra. Din hija l-qawwa ta’ Borg għax b’hekk iġib dimensjoni ta’ raġuni.