Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Achille Mizzi – Il-Werriet u s-Suċċessur Denn ta’ Dun Karm
Andrew Sciberras
€13.00
Category: Riċerka u Melitensia
DESCRIPTION

F’għadd ta’ sensi, Mizzi hu l-werriet u s-suċċessur denn ta’ Dun Karm; il-versi tiegħu huma sottilment, sikwit, żviluppi maturi u kisbiet tipiċi tal-poeta nazzjonali. Il-klassiċità miksuba romantikament minn Dun Karm hi hawnhekk imġedda u adattata għal qagħdiet u ambjenti poetiċi differenti.

Oliver Friggieri

Mizzi hu poeta ta’ potenzjal kbir, li f’moħħu għandu inċiża l-mappa tal-kożmos, u tul medda mdaqqsa ta’ snin din sawwarha forsi fl-aħjar poeżiji li għandna fil-Letteratura Maltija, u xogħlijietu jagħnu lil kull student u għalliem li jistudjah fil-baħar komparattiv tas-simboloġija u l-lingwa. Achille Mizzi huwa Poeta, Poeta.

Tarċisju Zarb

Fil-fehma ta’ ħafna, Achille Mizzi hu wieħed mill-aktar ilħna partikolari tal-poeżija moderna Maltija. U huwa wieħed mill-ftit li indirizza b’intensità u b’għarfien kbir it-temi varji li jixirfu f’xogħlijietu. Dan qed nisħqu għall-fatt li l-poeżija tiegħu hi arti awtentika għall-aħħar għax hi mixja lejn l-assolut, lejn l-immensità tal-kożmu, lejn l-ispiritwalità mitwielda fil-bniedem u dak kollu li jsawru; u m’għandhiex l-aridità  ġewwiena, jew aħjar il-materjaliżmu, it-twemmin fid-dinja tas-sensi biss.

Mizzi mhuwiex dak il-poeta li jiskot u ma jistenniex tweġiba quddiem il-mistoqsijiet il-kbar tal-eżistenza. Anzi, hemm waqtiet li jmur oltre milli jistenna tweġiba. Huwa hu l-interrogatur ta’ kollox, jiġifieri tiegħu nnifsu, tal-iskoperti xjentifiċi, ta’ Ommna n-natura bil-kreaturi mikro u makro, tal-vastità  tal-univers, u saħansitra ta’ Alla. Fl-interrogazzjonijiet tiegħu ma jridx tweġibiet frivoli; imma l-akbar kilba għalih hi li jaħkem fl-ifnad irkejjen ta’ ruħu l-essenza ta’ kull ħaġa li semmejt hawn fuq.

RELATED BOOKS

  • Dun Feliċ Demarco u l-Qarċilla fil-Karnival tal-1760

    by Conrad Fenech

    €15.00
  • Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia (1797-1850)

    by David Agius Muscat

    €28.00
  • Minn Fomm il-Kittieb Vol 1

    by Patrick Sammut

    €13.00
  • Metal and Silence The quest for daringness and authenticity in the arts Maltese Modern Art Series: History & Theory Volume 2

    by Giuseppe Schembri Bonaci

    €35.00
  • Il-Ġrajja Ssir Kelma

    by Charles Briffa

    €20.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
An Asylum For Mystics The Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale 2015 Scroll to top