Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Cor ad Cor Loquitur Qalb tkellem lill-Qalb 2/I u 2/II
Hector Scerri
€30.00
Category: Research and Melitensia
DESCRIPTION

Ġabra ta’ Diskorsi dwar il-Fidi u l-Ħajja Nisranija fil-Knisja u fis-Soċjetà (1998-2019)

Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nintroduċi t-tieni volum tal-kitbiet ta’ Mons. Hector Scerri li, bħal San John Henry Newman, iqis li l-kitba tiegħu toħroġ mill-qalb u tipprova tilħaq il-qalb ta’ min qed jaqra jew jisma’ … cor ad cor loquitur. F’dan il-volum, wieħed isib diversi kitbiet ta’ approfondiment teoloġiku mill-aqwa u aħna nixtiequ nuru l-gratitudni tagħna lejn saċerdot Malti li ħaddem l-intellett u l-qalb tiegħu biex jesprimi raġġ sabiħ u arrikkenti tal-għerf tat-tradizzjoni tal-Knisja. Nixtieq insellem id-diversi ħidmiet li Mons. Scerri jħaddan fid-Djoċesi u fl-Università ta’ Malta għaliex dawn jidhru ċari fil-kitbiet tiegħu. L-impenn għal teoloġija sana, l-imħabba tiegħu lejn il-Maġisteru tal-Papiet, il-ħeġġa tiegħu għall-Ekumeniżmu, għall-istudju tal-Missirijiet tal-Knisja, jew tal-Patroloġija, kif ukoll imħabba speċjali għas-saċerdozju. Nawgura li l-qari ta’ dan il-volum, teżor prezzjuż ta’ tradizzjoni teoloġika Maltija, ikun ta’ siwi għal kull min jaqrah u għall-ikbar glorja lil Alla.

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, Mid-Daħla tal-Ktieb

 

Hector Scerri, imwieled fl-1965 u ordnat saċerdot fl-1993, ilu jgħallem it-Teoloġija Dommatika fl-Università ta’ Malta mill-1998. Huwa l-President tal-Kummissjoni Dottrinali tal-Konferenza Episkopali Maltija u President tal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Fl-2014, il-Papa Franġisku ħatru konsultur fil-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda fost l-Insara. Huwa wkoll il-Fundatur-President tas-Soċjetà Patristika Maltija, u l-awtur jew l-editur ta’ erbatax-il ktieb. Ikkontribwixxa artikli akkademiċi f’bosta rivisti Maltin u barranin, kif ukoll f’rivisti lokali ta’ xejra aktar popolari. Is-suġġetti li jikteb dwarhom jinkludu s-Sagramenti, il-Patristika, l-Ekumeniżmu u r-rabta bejn il-fidi, l-ispiritwalità u l-ħajja ta’ kuljum.

RELATED BOOKS

  • The Beheading of Ignez

    by Giuseppe Schembri Bonaci

    €35.00
  • Studji Estetiċi Letterarji

    by Josette Attard

    €10.00
  • Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija

    by Charles Briffa

    €40.00
  • Ħsiebu Jsuqu

    by Charles Briffa

    €20.00
  • Achille Mizzi – Il-Werriet u s-Suċċessur Denn ta’ Dun Karm

    by Andrew Sciberras

    €13.00

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2024 Horizons | Publishing arm of Outlook Coop | VAT: MT1389-6722 | Coop Reg Number: 3395 | All Rights Reserved Built by OneTen
Id-Dfin f’Malta Il-Kanonku Fortunato Panzavecchia (1797-1850) Scroll to top