Fejn idur il-pinnur
Joe Camilleri
€16.00
Category:
Short Stories, Trending
DESCRIPTION
Stejjer fejn il-pinnur jimmarka direzzjonijiet diversi tal-ħajja:
- Waqtiet sereni u trankwilli ta’ ferħ, ta’ mħabba, ta’ hena, ta’ ġmiel,
ta’ ċertezza.
- Esperjenzi ta’ sodisfazzjon u memorji ta’ għoġba f’nies li jġorru x-xemx magħhom.
- Pinnur li jagħqad fuq il-fixla, id-dubji, il-preokkupazzjonijiet, it-tensjonijiet, il-kunflitti, id-diżappunti, il-weġgħat, il-beżgħat,
li jħarbtu l-istabbiltà u l-ekwilibriju.
Pinnur li jwassal l-irjieħ tat-tiġrib ta’ żmienna:
- Is-saħħa mentali, is-solitudni, id-dimensja, l-ewtanasja, l-ossessjonijiet, l-orjentament u l-fantasiji sesswali, il-problemi domestiċi, ir-relazzjonijiet intimi, l-infedeltà, l-iżvilupp u l-qerda tal-ambjent, id-dinjità tal-ħaddiem, problemi konfliġġenti fl-emigranti, intriċċi soċjokulturali …
Terrqu ma’ karattri b’sentimenti sbieħ u nobbli. Imxu ma’ oħrajn li tilfu l-pass tal-ħajja.
- Pinnur li jdur lejn żiffa ħelwa.
- Pinnur li jqanqal irwiefen profondi u kumplessi.
- Pinnur li jeħel fuq sigħat ta’ qari sabiħ u ta’ gost.