Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Jarmuk
Stephen Lughermo
€11.00
Category: Novels
DESCRIPTION

Minsi fuq wara nett tal-klassi, Marwan ma setax ma joħlomx b’Yarmouk. Jisħet dakinhar li tqaċċat minn għeruqu biex sab ruħu f’pajjiż mhux tiegħu, fi skola mhux tiegħu, ma’ ħbieb li mhux ħbiebu. Id-dar hemm ommu. Ommu biss il-ħolqa waħdanija ma’ tfulija li ntemmet ħesrem biex firditu mill-bqija ta’ familtu. Imma xi darba jmur lura. Xi darba jmur lura żgur. U jbiddel kollox, isewwi kollox u jsikket lil dan-nies li ma jagħmlu xejn ħlief jarmuk.

Minsija fuq quddiem tal-klassi, Chanelle ma setgħetx tikkonċentra. Moħħha jhewden fuq elf ħaġa: x’se ssajjar għall-pa u għan-nannu? Tgħid tilħaq tlesti load ħwejjeġ b’dal-homework u testijiet? U dak in-nofs ras ta’ Darren x’ħin se jiġi… jekk jiġi? Id-dar ma hemmx ommha. Għax ommha telqet biex qaċċtet il-ħolqa waħdanija ma’ tfulija li ntemmet ħesrem. Imma għandha l-kotba u l-istudju. Xi darba għad jeħilsuha minn dal-ktajjen. U tbiddel kollox, issewwi kollox u tagħlaq il-ġerħa ta’ żgħożija mormija.

RELATED BOOKS

  • belgħa te

    by belgħa te

    €20.00
  • September Rain

    by September Rain

    €15.00
  • ’Il Barra mill-Isqaq

    by ’Il Barra mill-Isqaq

    €11.00
  • Ix-Xirka tal-Beati Paoli

    by Ix-Xirka tal-Beati Paoli

    €13.00
  • The Crooked Road Back

    by The Crooked Road Back

    €15.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved Built by OneTen
Vjola l-Kulur tal-Imħabba It-Tawmaturgu Scroll to top