Riċensjoni ta’ Bejn il-Binarji
Il-binarji: żewġ linji paralleli, ma jiltaqgħu qatt. Il-binarji ma jħallulek ebda għażla: imexxuk ’il quddiem, lura ma jħallukx tmur, l-aktar l-aktar, iħalluk biss tittawwal lejn dak li għadda u mar. Il-binarji tgħaddi dejjem tagħhom: iċaħħdulek il-libertà li tiddevja, li tagħżel mogħdija oħra. Il-binarji jippredestinawk. Huma jwassluk, trid jew ma tridx, iġorruk, anke jekk għal għonq […]
