Is-Siwi tan-Novella Maltija

Charles Briffa

Joe Camilleri, L-Ekutal-Ħabbata, novelli (Horizons, Malta, 2022)

 

Introduzzjoni

Ma’ Joe Camilleri spissikollnanidħlufis-simboliżmu. It-titlutal-ġabra ta’ novelli, L-Ekutal-Ħabbata, jaħkimliruħi fil-qari u nibdaninterpretaħafna mill-ġrajjiet tan-novelli fil-kuntesttematikutal-eku u tal-ħabbata u s-simboliżmitagħhom.

 

Il-ħabbata

Għalhekk meta nitnikkerfuqisem il-ġabranifhem u nagħraf li l-ekujietjinsabukullimkien: fin-natura, fl-ilħna tan-nies, u anki fil-ħsibijiet. Jintlaqgħu, u xi sensminnhomisir. Mhumiexħiemda u għandhomir-repetizzjoni, u f’Camilleridonnhomjillidjaw il-ħsiebgħal xi transformazzjoni jew tisħiħ ta’ xi xeħta jew ħsieb. Min-naħatagħha, il-ħabbatatifredspazjuminnieħor. Hijafruntierabejnżewġpostijiet. Immahija l-ħabbata li tħallininidħol. Hijagħodda li bihanbiddel il-post. U minħabba li bosta huma dawk li jmissuha, donnufuqhahemmħafnaenerġijatitnikker. U fil-ktieb ta’ Camilleri nħoss il-ħabbatabħalaxejraumana li tippermettilill-bniedemjinfetaħgħaltiġribġdid jew almenutagħtihiċ-ċans li jiftaħmoħħu.

 

Ħabbatahija parti minnbieb ta’ bini, u tintużasabiexwieħedjidħolġewwa. Jgħaddiminnerjagħaloħra, minn stat għalieħor. Il-ħabbataletterarja ta’ Camilleri tagħtina ċ-ċans li niftħuruħnagħaltiġribġdidbilliniftħumoħħnab’għarfienieħor, u nintebħu li fl-umanitàhemmpossibilitajiet u opportunitajietgħall-bidladifferentiminndawk li aħnamidħlatagħhom. Meta niltaqgħu ma’ xi ħaġaġdida, x’aktarx li jkunhemm xi bidla fil-ħsieb jew fl-imġibatagħna.

 

Jien u nifli l-kunċett ta’ ħabbataqabelbdejt il-qari ta’ din il-ġabrantbaħt li, bħalmaħabbatatista’ tiftaħlibieb, jienkellinħallimoħħidispost li jkunmiftuħgħal dak li l-awturkien se jagħtini. Il-qarja-ħabbatażgur li għandhatiftaħli d-daħlagħall-ideat ta’ Camilleri.

 

L-eku

Kultant l-ekujsirbinjametaforika li toqgħodgħalqawwa li tifrex il-perċezzjoni, l-apperċezzjoni, u l-intellettwalizzazzjonif’għemil il-bniedemb’mod li dan ikunjista’ jittransformaqagħda li teżistiimma ma tkunxtogħġbu jew ma tkunxtaqdih. Ngħiduaħna, f’“Consumatum Est” għandna l-eku tax-xewqat u l-ekutas-saħta ta’ għemil il-karattri. Ix-xiħaf’żgħożithaħadetgrazzjama’ żagħżugħb’tali mod li “saretqishadellu” u l-importantikien “li tkunqribu” biexir-riħatiegħu “tixegħlilhamoħħha” u toqgħodtitpaxxabih (p.128). Kienetinfatwataminnu; immamaż-żmienbedajġibruħustramb u fi xjuħitubdiettarahb’fissazzjoni “jintona s-salmi” (p.132) sakemm fi xjuħithabdiettixtieqtiżbranah u toqtlu. F’“Ġirien”, imbagħad,  għandna l-ekutal-valuri meta naraw mara li tibdab’attitudnitradizzjonalifuqir-relazzjoni ta’ raġel u mara b’ħafnapreġudizzjikontra Rolf; immawaraftittibdatiffansjah u l-infatwazzjonitagħhassir “manijapassjonali” (p.178) u wara li tara l-veritàfuqu, din il-veritàddamdamhaf’dipressjoni. U f’“Is-Siegħa tad-Dragun” inħossu l-eku tad-“dragun tad-dnub” (p.187): l-ekutal-monstru ta’ tfulitu, in-narraturiħossu meta kiber u bedajmurgħall-kuramedika.

 

L-ekujimmanifestaruħubillijillidjalill-karattrubiexifittex jew jevita xi qagħdapartikulari; jew biex meta jħabbatwiċċu ma’ xi qagħda li ma tkunxmixtieqa, jara kif se jġibruħu. L-ekudonnuħtieġa li karatteristikamenttkunakkumpanjataminn xi sentiment partikulari. F’“Karba li BaqgħetTidwi” nsibu l-ekutal-kuxjenza. Ix-xwejjaħjirrepetif’moħħu l-ġrajjiet ta’ abbużsesswali li zijuhkienjagħmelfuqu meta hu kiengħadutifel. Meta zijuhtahattakk u qal lit-tifelimurgħall-għajnuna, it-tifel mar jiġri fil-beraħ, ħieles. U fil-bqija ta’ ħajtusaxjuħitu dan it-tifelbaqa’ jisma’ l-ekutal-kuxjenzajokrob. F’“GħandiBallaf’Żaqqi” għandnatifelżgħir li jġarrab in-niket ta’ ommu li se tmut. Għandna l-eku tax-xbiehatal-ballafiż-żaqq (bħalalump) li t-tifeljinterpretahabħalabullet. Dawn l-esperjenzidonnhomjeħdunaf’ħarġa-ċirkubiex id-dawraċirkularissir l-eku, bħal f’“DawraĊirkulari” li turinalil Lina studentaċassablareazzjoni u meta żżewġu (hi u n-narratur) hekkreġgħetġiet. U l-qarja ta’ dan il-ktiebtwassalnafl-aħħar nett f’“ĦabbataMsadda”  biexinsibu “l-ekutal-ħabbatatal-kuxjenza” (p.233).

 

Immaħaniftaħftitaktarfuq novella minn din il-ġabra. U se nieħu “L-Appuntament”. Hawnhekk l-ekuhuwasottili, u Camilleri jixħet l-enerġijaletterarjatiegħusabiex id-diwijkunxieraq. In-narraturjiltaqa’ bla ma ried ma’ sieħbu “ta’ żmienilu” (p.102) li għalihfejnjidħlu l-flus ma kienxhemmċajt. Dan sieħbu (minnżmien il-Liċeo) kienifottibiexjgħaddi mill-eżamijiet u sab job mal-gverngħaxmissieru “kellu l-ħbieb” (p.101), immakienjiġijaqa’ u jqum mix-xogħol (“Ix-xogħolgħall-bgħula”, p.102). U qatt ma riedjintrabat fi żwieġimma t-tfajlietsbieħkieniħobbhom, u riedjgħix kif ried hu biexjagħmel li jridbil-ħajjamhuxiħalli l-ħajjatagħmel li tridbih. “Imma n-nejkjieqaf ma’ dawn” (p.103, jiġifieri, mal-flus) u meta ftakar fil-“medda art kbira” li l-familja tan-narraturkellhomwara l-knisja u li tagħtigħall-wied, bedajħajjarlin-narraturbiex hu (dan sieħbu ta’ żmienilu) jissieħebmagħhom u jiżviluppawhaavoljakienetf’żonaprotetta. In-narratur ma kienxjinqala’ għan-“negozju bis-sewwa”, u fuqkollox ma riedxjidħolgħalnegozju “bl-imgħawweġ” (p.104).

 

Hawnhekk it-terminu “eku” nqisuhbħalafenomenu li jidħoljidwif’moħħna l-qarrejja. Minbarra l-istorbju li jagħmelsieħbu ta’ żmienilubil-ħafnaparolitiegħu, fi kliemuhemm r-repetizzjoni ta’ għamla ta’ ħajranegattivamħaddna mill-korruzzjoni. Huwaekuprofond li jirriflettiruħsieħbu – l-essenzatiegħu. U nitħassbu: it-titlu (“L-Appuntament”) għalxiexqedjirreferi? Għal din il-laqgħamhixmistennija li lin-narraturtistiednugħall-imgħawweġ, jew għal “sessjonioħra ta’ kimoterapija” (p.108)? Fejn hu l-kanser: fil-ħajranegattiva jew fin-narratur? In-narraturiħoss l-eku ta’ kliemsieħbujaqbeżfuqubħal xi ħaresbiex mat-tiġrib li għaddaminnujqum “xitanieħor” li dellilluħajtu (p.104) Il-ġustapożizzjonital-ħsiebtal-korruzzjoni mal-kansertweġġgħulin-narratur, donnhaddamdmu.

 

Sehem in-novella llum

In-novella tfaċċat fil-letteraturaEwropea mill-ħsieb ta’ tixrid ta’ xi ħaġafriska. Il-kelma “novella” ġejja mil-Latin novellus (fil-femminilnovella) li hija d-diminuttiv ta’ novus (ġdid). Il-kelmagħaddietgħall-Franċiżqadim (novelle), għat-Taljan (novella), għall-Ingliż (novel), u għal xi lingwioħrajn; u kienhemmżmien meta kienettfisserbiċċaaħbarġdida. Maż-żmien, ġrajjaqasiranarrattiva, ankimistħajla, kienettitqiesdonnhabiċċaaħbarfriska. In-novelli ta’ Camilleri għandhombixra ta’ rapporti ta’ ġrajjietkurrenti; donnhom parti mill-ġurnaliżmubħaladokumentarji ta’ xejrietkontemporanji. Dan l-awturjiffrejmja n-narrattivamistħajlatiegħu ma’ xejrietfattwalibiexjeżerċitaqawwaġdidafuq il-qarrejjatiegħu li jridujaslujifhmu r-realtajietimressqa. Il-letteratura ta’ Camilleri (bħal ta’ ħafnaoħrajn) tinkorporaveritajietġeneralifuq in-natura umana.

 

Kważikullġrajja u karattru fin-novellitiegħunistgħunittrejsjawhomluralejn xi tiġribuman. Hekkf’“Rosita”, xiħaf’hometifrex flashbacks li juru li kienetsabiħaimmakienhemm min qaħħabha meta kienetgħadhataħt l-età. Fi “Platt Spagettib’RaxxaMħabba” electrician żagħżugħgħaljumwieħediġarrab l-imħabba ta’ omm. “L-Appuntament” turinalin-narraturbil-kanserjaqta’ qalbu mill-ħajjaminkejjasieħbutal-imgħoddimoħħir-riħ.

 

Camilleri jqajjemħsibijietetiċi u jinkorporahom mad-dokumentarji u l-istħajjiltiegħubiexaħna l-qarrejjaniltaqgħu (bħalf’mera) ma’ xejriet ta’ mġibaumana. Dan il-fatturletterarjunarawhf’novellibħal “Brindisi Inutli” fejn mara ta’ mitt sena tħoss li għexetbostasninminnhomgħalxejnwara li żewġha u wliedhamietuf’inċident l-Awstralja; “Stqarrija” fejn l-iben gay isib li missierukieniluħafnajaqlibhielhalilmartu, u jarahipokrita, weżwież li lilukienjikkundannahgħaxomosesswali; “GħaxJien?” li tagħtina mara li tixxennaqgħal dak li ma jistaxikollha (tixxennaqgħat-tfal) u li f’ġufhakulmakellhakienet “nefħainutli” (p.83) u “xejn li minnu ma jiġixejn. Vojt li jissarraff’vojt” (p. 80).

 

Il-kunċettnovelliertal-karattrugħanduhawnhekk il-funzjoniideoloġika li tressaqnalejn l-aljenazzjonital-eżistenzamodernabiexforsinifhmuha din l-aljenazzjoni u forsiwkoll ma tibqaxtelfagħaxindaħħluha fil-ħsiebtagħna. “Kiss lil Jesus”, pereżempju, tagħtinalilKolossu (“oġġett ta’ żuffjett”, p.29) li jidħolf’ġustapożizzjoni ma’ Ġesùf’għajnejntifelżgħir. “Ħlas id-Dejn” turinaxiħ li jirrispettalill-kliebgħaxfl-imgħoddikienkelb li salvalu l-familja u ħallaħajtutaħt il-konkrit. Fi “StensilsfuqXbihetek” in-narraturjipprovajeqred jew jibdelxaqlibatal-personalitàtiegħubil-ħżuż ta’ simboli, immagħalxejn. U f’“Il-Mamà ċ-Ċkejkna” tifla ta’ ħamessnintaħseb li oħtha baby se toħdilhapostha fil-familja. Novella ta’ Camilleri taftregħedna, bħalmaġara fil-każtal-farfett il-lejl li jikxef il-biża’ tan-narratur (“Farfett il-Lejl”), il-missier li falla fit-trobbija ta’ ibnu (“ĠudaGħanduKemm-il Wiċċ”), u l-karattru li daħallususpett li kienqedibati mill-isplit personality (“Fula Maqsuma”).

 

Ma’ dawn l-aspettitematiċirridunżidu x-xejrietkulturali li Camilleri jħobbidaħħal (eż. Pavlov, Freud, Gauguin, Mascagni, Mirò, Bosch, Dali, XandruMallia, Esther Williams, Courbet, Ganado) għat-tlaħħimkuntestwali. U barra minnhekk, l-istiltiegħujaħdemfuqnab’mod fin bħal, ngħiduaħna, l-użurepetuttal-espressjoni “qaħbeċ” (li fl-imgħoddikienettitqiesbaxxa) – din ir-repetizzjoni (bl-ekutagħha) tidħol fi gwerrakontra l-espressjonijietartifiċjalitradizzjonali.

 

U jiennistaqsifuq Joe Camilleri: in-novellistjikteb in-novella jew in-novella “tikteb” lin-novellist? Novella bħal “Rosita” ttieħdet mir-realtà: hijatrue to life, mhuxsempliċimentqedtoħloqeffett ta’ realtà – għaxir-realtàtista’ tkuneffett?

 

Konklużjoni

X’jimpurtana min-novella? Jimpurtanagħaxf’ċertusenssinifikanti n-novella hijarappreżentazzjoni tad-dinjareali. U jekk il-qarrejja ma jagħrfux il-veritajiet tan-novellidwar l-imġibaumana, allura n-novellijkunufallimenti. Ħafna min-novelli ta’ Camilleri jiffokawfuqunnifsubħalakreattivuniku – jiffokawfuqugħax huma frott ta’ ħsibijiet li hu jkunġarrab. U fil-quddiemtal-ktiebjgħidilna: “Il-karattrimsemmijaf’dan il-ktieb huma kollhafittizji.” (p.2) Imma huma bbażatifuqniesverigħax fil-kelmtejn ta’ qabeljgħidilna li huma “nies li bħalnadaqu l-balzmu, u oħrajn li ħassew il-weġgħa” (p.11). U aħnanifhmu li niesbħalnajistgħujġiburuħhombħal dawn il-karattrimistħajla.

Feliċjan Bezzina Bil-linka tfawwar Poeżiji

Robert Farrugia

Nixtieq nibda din it-taħdita billi nagħmel referenza żgħira għal ħassieb li mhux soltu nirreferu għalih f’kuntest bħal dan. Qed nirreferi hawn għal Sir Francis Bacon li, barra li kien Avukat Ġenerali u serva bħala Lord Kanċillier tal-Ingilterra, kien primarjament filosfu Anglikan fl-era moderna (seklu 16,17) li l-impatt enormi li ħalla fuq id-dinja tal-Punent ġablu t-titlu ta’ ‘missier ix-xjenza empirika/ moderna.’ Rigward dan, ridt naqsam magħkom silta qasira tiegħu mhux tant popolari, bl-għan li norbotha mal-aspett filosofiku tal-kitbiet ta’ Patri Feliċjan.

Dan nafferma jien dwar l-għarfien tan-natura (xjenza): li ftit għarfien xjentifiku (filosofija naturali) li wieħed jakkwista fil-bidu ta’ din it-tfittxija, jew riċerka, aktarx iwasslu biex jipproklema lilu nnifsu bħala ateju u jafferma l-atejiżmu. Iżda, mill-banda l’oħra, jekk kemm-il darba dan l-istess riċerkatur ikompli jirriċerka aktar fil-fond f’dan l-istess għarfien, jasal biex iventwalment jinnega din il-pożizzjoni li jkun ħa rigward l-atejiżmu u saħansitra jispiċċa jdur lejn ir-reliġjon u jsib lilu nnifsu jemmen f’Alla.[1]

Kif nistgħu naraw, din il-kwotazzjoni fiha bil-wisq x’nixtarru. Ibda biex, din miktubha mill-missier tax-xjenza empirika, l-istess xjenza li llum tant twarrab, jew aħjar tiprova tordom, lil Alla u kull aspett li għandu x’jaqsam miegħU. U kif ser naraw, Patri Feliċjan, fid-daħla u fil-kitbiet poetiċi miġbura f’dan il-ktieb tiegħu li llum qedgħin niċċelebraw, jirrifletti sew fuq dan l-aspett. L-iktar ħaġa li tolqotni f’din il-kwotazzzjoni, aparti l-fatt li qalha propju dak li inawgura l-metodu tax-xjenza moderna, hija s-seħja biex niżlu aktar fil-fond ta’ kollox, kemm fejn jidħol studji u kif ukoll esperjenzi. Fil-fatt, għalija personali, huwa propju dan l-aspett li nara joħroġ qawwi fil-kitba ta’ Patri Feliċjan. U dan jinħass mhux b’sens ta’ rabja jew disperazzjoni iżda b’sens qawwi ta’ tama u kuraġġ li, minkejja l-immaturita u r-ras iebsa tagħna, għaliex nagħżlu li nibqgħu fil-wiċċ tal-affarijiet, l-imħabba ta’ dak li cħaddna tibqa’ preżenti magħna, tippersisti fl-istedina li nerġgħu ninżlu fil-fond.

Tajjeb ngħidu li hemm tipi differenti ta’ għarfien:

1) Wieħed li jibda u jieqaf fil-wiċċ – jesplora dak kollu li jidher u jieqaf miegħu,

2) Ieħor li jibda mill-wiċċ u jinżel fil-fond – jesplora mill-viżibbli għal inviżibbli,

3) Ieħor li jibda fil-fond u jibqa’ hemm – jeplora l-inviżibbli u jieqaf miegħu.

Dawn l-varjanti mill-ewwel juruna kemm l-għerf huwa aktar kumpless u miftħuh minn kemm naħsbu. Sfortunatament, it-tentazzjoni tagħna hi li nirriduċu dawn it-tipi differenti għal wieħed minnhom biss. Li jiġri hu li, minflok nissalvagwardjaw l-għerf fil-ftuħ tiegħu, u fil-modi differenti li jista’ jiġi esplorat, nispiċċaw nikkuntentaw b’wieħed biss u, agħar minn hekk, inġelduhom ma’ xulxin. Din il-ġlieda, ikollna nistqarru u nammettu, tikxef sens ta’ insigurta fina u biża mill-inċertezza li propju noqgħodu quddiem tant ftuħ u kobor. F’ċertu sens, hemm bħal donnu skumdita profonda fina li nsarfuha f’kumdita billi nagħżlu u ninvestu aktar f’dak li hu familjari u viċin, minflok f’dak li hu misterjuż u l-bogħod. Hawn naraw kif dan l-aspett spiritwali huwa marbut ma’ kull sfera ta’ ħajjitna, bħal per eżempju fejn jidħol dak li għandu x’jaqsam ma nies ta’ kulturi oħra u l’mod kif inħarsu lejhom, jew kif nirrelataw ma’ stadji varji tal-bniedem mill-bidu nett ta’ ħajtu, xi ħaġa li tant tinħass rimota fina li ma nirrelatawx magħha u, allura, nqisuha bħala problema. U fil-kitbiet ta’ Patri Feliċjan, huwa propju dan il-ħsieb li nsib ċentrali f’kitbitu: li l-għerf huwa ferm akbar minna. Madankollu, u hawn is-sbuħija vera ta’ dan kollu, illi fiċ-ċokon tagħna aħna xorta waħda għanda rapport intimu ma’ dan l-għerf infinit.

Nistqarr illi jien u naqra dawn il-kitbiet mirquma, fijja qamet mistoqsija partikolari: min hu l-filosfu? U hawn sibt li Patri Feliċjan joħodni fl-għeruq tas-semplicita’ tat-tifsira, fit-tweġiba tiegħu: il-ħabib (filos) tal-għerf (sofia). Patri Feliċjan jieħu din it-tifsira bl’akbar serjeta. Allura, jidentifika b’mod ċar li hemm relazzjoni intima u reċiproka bejn ħbieb – bejn il-bniedem u l-għerf – li allura tfisser li hi ħbiberija kompluta, għax milqugħa miż-żewġ naħat u mhux minn naħa waħda biss. Dan propju għaliex l-għerf li qed jitkellem dwaru Patri Feliċjan mhux għarfien astratt jew sett ta’ teoriji, iżda huwa primarjament persuna: “Ġie biex magħna, bħal qaribna, ikunilna, ta’ ħabibna” (Theotokos). Li kiku ma kienx hekk, it-tifsira ta’ ħbiberija kienet tkun dgħajfa ħafna.

Il-bniedem isir verament ħabib propju fil-mument li jidħol f’rapport ma’ xi ħadd ħaj li jtih din l-identita’ billi jirreċiprokha lura: “Hekk Alla magħna ruħu iġib fil-ħajja tagħna, bl-akbar ħabib, fis-sliem, f’tiġrib” (Tiġi Saltnatek). Allura jeħtieġ nistaqsu Min hu, flok x’inhu, l-għerf? Din id-differenza radikali – bejn ‘min hu’ u ‘x’inhu’ – li kultant taħrabilna, toħodna lura għal inkontru tant qawwi, li nsibu fil-Vanġelu, bejn Kristu u Pilatu, meta Pilatu lil Kristu jistaqsih: X’inhi l-verita’? (u mhux min hu?). Is-skiet ta’ Kristu jagħmel sens. Il-mistoqsija li jagħmillu Pilatu hawn hija żbaljata għax ġejja minn moħħ edukat biss fejn tidħol teoriji u mhux qalb li tagħraf li hemm Verita’ li hi persuna u li tiżboq kull teorija. Għaldaqstant, Pilatu ma jagħrafx il-Verita’ li qedgħa propju quddiem għajnejh, inkarnata, għax, dak li għandu f’moħħu huwa tweġiba kkumplikata fl-astratt.

Biex nkomplu ma dan il-punt, nixtieq nagħmel referenza għal ktieb li ġie ppublikat is-sena l’oħra mill-Professur tal-filosofija Peter Kreeft, li jġib l-isem The Greatest Philosopher Who Ever Lived. Hawn Kreeft jistqarr li wara li ppubblika set ta’ kotba f’erbgħa volumi dwar l-aqwa mitt filosfi ta’ kull żmien, fis-sena 2019, induna li għamel żball: ħalla in-nisa kompletament barra. F’dan l-istess żball irrealizza xi ħaġa aktar serja: li ħalla barra propju mara partikolari li għalih hi l-akbar filosfa ta’ kull żmiem. Forsi l-ewwel ħsieb li jaddilna minn moħħna hu li din aktarx kienet imlaħqha sew fis-soċjetà u li kellha l-ogħla fama possibbli fejn tidħol l-akkademja. Iżda, Kreeft jgħidilni illi l-akbar filosfa fl-istorja tal-bniedem m’hi xejn min dan kollu. Hawn qed jirreferi għal waħda li kienet mara tad-dar, kemmxejn misterjuża, minn villaġġ pjuttost remot, li ma kitbet xejn u ftit huma l-kliem li nafu li qalet: din hi Marija omm Ġesù.

Li hu nteressanti hawn, u li jien naraha torbot ħafna ma’ dak li jiktbilna Patri Feliċjan, illi Kreeft jammetti li maż-żmien rawwem idea żballjata ta’ xi tfisser il-filosofija u, għaldaqstant, nesa min hu verament il-filosfu. Kif jistqarr hu stess, il-filosofija, primarjament, m’hiex akkumulazzjoni ta’ ħsibijiet u teoriji, frott il-ħafna qari ta’ ideat. M’hiex lanqas, fil-qalba tagħha, sofistikazzjoni tal-iskulari jew analiżi kritika, fissazzjoni fil-loġika u l-provi, manuvri politiċi, konfutazzjonijiet jew kitbiet metikolużi, fost oħrajn.

Sintendi, dawn għandhom posthom fil-filosofija, imma l-punt hawn hu li ma’ nistgħhux nirriduċu t-tifsira, jew l-essenza, tal-filosofija għal dawn kollha, jew xi wħud minnhom. Għaldaqstant, it-tifsira li jagħti Kreeft hi fil-fatt l-istess kif jifhimha Patri Feliċjan: Il-filosofija hija primarjament ħbiberija mal-għerf u, allura, tinvolvi fl-essenza tagħha relazzjoni intima ta’ mħabba. U huwa f’dan is-sens, allura, li l-aqwa u l-akbar minn dawn huma dawk li jfittxu, iħobbu, jintrabtu, jgħożżu, jintelqu f’dan l-għerf ħaj, li hu Ġesù Kristu. San Pawl stess jikteb, fl-ewwel ittra lill-Korintin: “Kristu huwa l-għerf ta’ Alla”. Jekk aħna verament nemmnu li Kristu huwa l-għerf inkarnat, u allura l-ogħla, l-isbaħ, l-itjeb u l-Verita’ sħiħa u ħajja, dawk li jħobbuh l’aktar huma l-aqwa filosfi. Huwa għalhekk li Kreeft jirrikonoxxi lil Marija bħal l-akbar fost dawn, għaliex kienet hi l-aktar waħda li ħabbitu u baqgħet qrib tiegħu, mill-ġuf sas-salib u l-qawmien.

Allura, l-filosfu, f’dan is-sens, jeħtieġ jimitha lil Marija, li fi kliem Patri Felicjan, hija dik li “b’ħajr tadura ’l Alla Binha fil-maxtura” (Theotokos), u jqisha bħala l-mudell ta’ xi ħadd li verament iħobb l-għerf ħaj u li lest jibqa’ qrib tiegħU fil-mumenti ta’ ferħ u tbatija, għaliex f’qalbu jagħraf li l-istess għerf iħobbu lura. Hija propju din il-viżjoni ta’ ħbiberija reċiproka li nara fil-kitbiet ta’ Patri Feliċjan, fejn l-għaref huwa kontemplattiv li mhux biss ifittex, imma, aktar minn hekk, iħalli spazzju fih sabiex l-għerf isib lilu, f’din il-qadgħa ta’ qaddej li lest jilqgħa dan l-għerf ħaj kif inhu, u mhux kif jixtiequ hu. Dan ifisser li wieħed “jiddisponi ruħu għaliha, u dan jidħol għaliha bil-qawwa li tiġi minn fuq, li jrid jitlobha bl-akbar ħerqa. Dispożizzjoni umana hi l-art għammiela” (51). Allura, biex nagħrfu u nidħlu f’din ir-relazzjoni jeħtieġ li jkollna prontezza li ninbidlu [readiness to change] u mhux niprovaw nibdlu dak li rridu nitħabbu miegħU għal fini tagħna: “Int fik innifsek, Int dak li int minn dejjem. Qatt ma titbiddel. Ma jżidulek xejn id-dawl, il-baħar, l-art, ix-xtieli, il-bhejjem, il-bniedem; miegħek, anzi, dawn bid-dejn” (Alla Ħallieq).

Għaldaqstant, fir-riflessjonijiet profondi ta’ Patri Feliċjan nsibu li l-filosofija ma tistax tkun bħal negozju, fejn il-ħassieb jinnegozja mal-għerf biex jakwista xi ħaġa jew riżultat mixtieq minn qabel. Dan mhux talli mhuwiex ħabib veru tal-għerf, imma hu manipulatur tal-għerf, fejn flok jaqdi irid jinqeda. Marbut ma’ dan il-ħsieb, dejjem sibt interessanti l-fatt li fil-Vanġelu skond San Ġwann, ir-rakkont ta’ Ġesù jkeċċi l-bejjiegħa mit-tempju ta’ Ġerusalemm, għal kuntrarju tal-Evanġeli Sinottiċi, jidher fil-bidu nett tal-ministeru ta’ Ġesù. Din aktarx turina l-konfuzzjoni dejjiema bejn dak li Kristu jsejjaħ “dar tal-merkanzija” u “dar Missieri” (Ġwanni 2: 15-16). Sintendi, din ma naqrawix fuq livell ta’ spazzju fiżikali imma fuq livel aktar profond li, allura, jeħtieġ aħna wkoll nagħmlu din id-distinzzjoni fina.

Patri Feliċjan, meta jitkellem dwar l-għerf, jenfasizza is-singularita u kif ukoll l-pluralita: “Kelma waħda, iżda tħaddan kollox!” (41) Għalkemm jaf jidher paradoss, dawn huma kumplimentarji u mhux kontradittorji. Dan għaliex, kif ġieli ngħidu, fid-differenzi tagħna, aħna lkoll l-istess. Biss pero, jibqa’ l-fatt li hija waħda l-kelma li tilqa’ d-differenzi kollha tagħna, u mhux bil-kontra, fejn hemm ħafna kliem li jsarfu għal istess ħaġa. Biex ngħidu hekk, is-sors hu Wieħed. U, kif jgħidilna Patri Feliċjan, dak li jfittex jeħtieġ ikun “imsieħeb minn ‘Wieħed’ li jserraħlu moħħu mit-taqlib” (42).

Interessanti hawn l-użu tal-espressjoni “jserraħlu moħħu.” Il-Karmeltina qaddisa u filosfa Edith Stein (Santa Tereża Benedetta tas-Salib) tagħmel l-istess referenza għal dan it-tip ta’ ‘serħan’ meta tgħid hekk: “hemm għarfien li jħaddan il-verita’ sħiħa, għarfien li, flok jibqa’ idur u jfittex bla waqfien fi proċessi li ma’ jispiċċaw qatt, huwa fih innifsu infinit u li jilħaq il-milja tiegħu fil-mistrieħ. Dan hu għarfien divin” (Knowledge & Faith, 12). Dan l-istess għarfien, li hu Waħdini u l-ogħla għerf, jingħata lil oħrajn li lesti jirċevuħ. Huwa għalhekk li, kif isostni Patri Feliċjan, ir-rabta tagħna mal-għerf trid tkun tali mod li jkun hemm relazzjoni intima u personali.

Patri Feliċjan sikwiet f’dan ix-xogħol tiegħu jsaqsina: “X’qiegħed imexxini f’ħajti?” (71) Din hija mistoqsija kbira għaliex tiddetermina, fl-aħħar mill-aħħar, l-għan ta’ ħajjitna “li nimxu lejh waqt li hu jedha jiġbidna lejh.” (71) Patri Feliċjan jurina żewġ toroq[2] li nistgħu nagħżlu:

1) “Ħafna bnedmin jagħżlu li jkunu huma nfushom bħala mexxejja waħdiena tagħhom… bla ndħil ta’ ‘allat’ jew ta’ tagħlim li ma jaqblux ma’ din l-imġiba. Huma l-aptiti u t-tħajjir tal-ġisem li jmexxuhom f’għemilhom,”

2) Ħafna oħrajn li “għadhom jemmnu bis-sħiħ f’mexxej divin u f’dak kollu relatat miegħu,” u allura, “iħallu lil Kristu jkun il-Mexxej waħdieni tagħhom hekk li f’qalbhom joħolqu wesgħa fejn jgħammar Alla ħalli jiddireġihom hu.” (52)

Ninutaw li l-ewwel triq ma’ tindikax sens ta’ stedina għal ħbiberija ġenwina mal-għerf, ġaladarba iċ-ċentru huwa kompletament fuq in-naħa tal-individwu li, allura, iktar hemm sens ta’ ħbiberija miegħu nnfisu. Din tindika li bejn l-individwu u l-għerf m’hemmx distinzjoni. Infatti, l-parti l-aktar essenzjali f’din ir-relazzjoni tibqa’ nieqsa, dik li hi t-traxxendenza, u magħha l-misteru u dak li hu sagru. Patri Feliċjan jitkellem kontinwament fuq dan l-aspett nieqes – li hu jsejjaħlu “l-eklissi tas-sagru” (91) – u l-ħtieġa li nerġgħu nħejju post għalih u nħalluh jerġa jaħkimna. Kif hu stess jgħidilna, “qatt daqs illum il-bniedem ma sab ruħu magħluq mill-oġetti u mir-realta’ tad-dinja mingħajr tama jew stennija li jinħeles minnhom. Minn dawn ġejja l-attitudni ta’ nuqqas ta’ nteress għas-sens reliġjuż tal-misteru” (54). Fi kliem ieħor, il-bniedem komdu bil-ġid materjali li akkwista waħdu, jew m’oħrajn bl-istess interessi tiegħu, għandu t-tendenza jinsa’ l-ġid spiritwali u allura jingħalaq għal din ir-realta’ ogħla minnu bir-riskju li mhux talli jinsiha u ma jibqax jagħrafha u jagħmel sens minna, iżda maż-żmien tant kemm ikun inqatgħa u tbiegħed minnha li jibda jaraha bħal xkiel. Għaldaqstant, jispiċċa mhux biss jiskartaha imma, agħar minn hekk, jobgħodha, jisħita u jara kif jagħmel biex jeqridha.

Fuq dan il-fenomenu, lil Patri Feliċjan nħossu jirreżona sew mal-kliem ta’ San Pawl, meta fl-ewwel ittra lill-Korintin naqraw li “il-predikazzjoni tas-salib hija bluha għal dawk li jintilfu” (1Kor:1:18) għaliex fl-aħħar mill-aħħar, kif naqraw f’din l-istess ittra, “id-dinja b’għerfha ma għarfitx lil Alla” (1Kor:1:20-21). L-għerf tad-dinja huwa propju l-għerf magħluq għat-traxxendenza u s-sagru, li jappartjeni għall-ewwel triq. Għaldaqstant, jeħtieġ għerf ieħor, għerf li hu akbar minna u, fuq kollox, huwa ħaj. Il-filosfu Franċiż Michel Henry, fil-ktieb tiegħu li jġib l-isem ta’ Jiena Hu l-Verita, jikteb hekk: “Mhux kwalunkwe alla (jew għerf) jista’ isalvana, imma – meta l-mewt tixħet id-dell tagħha fuqna – dak li Hu ħaj” (275). U għaliex huwa ħaj, il-misteru ta’ Alla jibqa’ jiġi “irrivelat u kkomunikat lill-bniedem minn Kristu Ġesù” (88) li huwa ħaj.

Madankollu, u hawn ser nibda nagħlaq din it-taħdita, Patri Feliċjan minn banda jserħilna moħħna li “is-sagru, kollox ma kollox, ma għabx.” Iżda, minn naħa l’oħra, iniggiżna sabiex nirrealizzaw il-fatt li “l-bnedmin ta’ żmienna tilfu is-sens li bih jintebħu u japprezzaw din il-‘fwieħa speċjali” tar-realta.’” (92) Għaldaqstant, il-vera vitmi huma l-bnedmin stess li flok jarawha bħala “telfa li tkexkixhom … iqisuha bħala rebħa, u wkoll xi rebħa kbira!” (92) Hawn Patri Feliċjan nistħajlu bħal Boezju, il-filosfju Taljan tas-seklu sitta wara Kristu, meta, qabel mewtu, kien kiteb dwar il-bżonn li l-bnedmin jirrikonoxxu l-ferita bħala ferita. U dan jista’ jseħħ biss meta nikxfuha u nintebħu biha kif inhi tassew, fl-ugigħ u l-makabrita tagħha, sabiex minn dik il-qagħda batuta ta’ sofferenza nagħrfu li aħna bħal pazjenti fi sptar li jeħtieġu nduru għal dak li Hu ħaj, għaliex Hu biss jista’ verament itina l-ħajja; dak li fi kliem Patri Feliċjan hu t-Tabib mis-sema li “jaf f’dil-ħsara jagħti duwa” u “serħan divin.” Imma, sabiex niksbu dan is-serħan, jeħtieġ li l-ewwel nirrikonoxu l-qagħda tagħna b’sinċerta ta’ ħbieb ta’ veru.

 

Kif induna

kemm hu mdejjaq

xtaq għajnuna

ħa jitfejjaq

[…]

Fehem l’hi qagħda

ta’ miżerja;

kienet w għadha

waħda serja.

[…]

Hu jaf jagħder,

kollu ħniena.

Hu jaf jaħfer,

lis-sogħbiena.

(Tabib mis-sema )

O jaħasra x’dagħdigħa ġiet fuqek,

bniedem kburi: tellfitek kull dehen.

Kemm ħallejt is-suppervja issuqek;

hekk għolejt li dħalt f ’dinja ta’ ġenn.

Hemm fil-għoli ta’ ġennek ċar rajtek

li sirt alla f ’kull setgħa felħan.

Bdejt tiġġerra fit-toroq ta’ ħajtek,

biss misjuqa minn riedni belhan.

[…]

Jekk b’imħabbtek tintelaq f’idejja

kollha ħniena, mimlija bil-ġid,

Jiena dejjem, għax wildi, qrib, ħdejja,

ta’ Missierek, inżommok irrid.

(Religio)

 

[1] Francis Bacon, Meditazzjonijiet Sagri (1597) – traduzzjoni tiegħi.

[2] Dawn id-differenzi fit-toroq huma fi kliem Kristu stess id-differenza bejn “it-triq u l-bieb li huma wesgħin” u “l-bieb u t-triq li huma dojoq.” (Matt 7:13-14)

Il-Malti jgħid li l-ewwel ma tiekol, l-għajn. U tassew li hekk ġara lili malli rajt il-qoxra, il-qosor tal-kapitli u l-preżentazzjoni ta’ dan il-ktieb. Għalhekk ma ddispjaċinix li xtrajtu għax ir-rakkont ta’ dan ir-rumanz huwa tassew oriġinali.

Matul il-ġrajja ta’ GĦAL DEJJEM … U FTIT tal-awtriċi Helen Borg, jispikka l-element romantiku fejn l-aspett emozzjonanti tal-imħabba joħroġ b’qawwa sopranaturali. Imħabba mitlufa li terġa’ tinstab … anki wara li persuna tiġi nieqsa għal dejjem … u ftit.

Tul ir-rakkont, il-qarrej jiltaqa’ ma’ sekwenzi ta’ ħajjiet li ma jintemmu qatt, imżewqin b’imħabba tassew ġenwina u eterna. U dan minkejja kemm dawn il-persuni jsofru meta jaraw lill-maħbubin tagħhom jitwieldu, jgħixu u jmutu, waqt li huma ma jixjieħu qatt. It-tbatija ta’ dawk li ma jistgħux jgħixu ħajja normali hija notevoli, għax xi drabi huma mċaħħdin mill-imħabba, mill-pjaċiri sempliċi u l-bżonnijiet naturali bħalma huma l-ikel u l-irqad.

U huwa proprju hawnhekk fejn dawn il-ħajjiet isibu ruħhom f’kunflitt meta jinqabdu bejn il-ħajja u l-mewt. F’kuntatt mal-ħajjin u anki ma’ dawk li tinżel tiġborhom il-mewt fejn xi wħud minnhom, jerġgħu jitwieldu biex mill-ġdid jiltaqgħu mal-imħabba ta’ ħajjithom. Għax f’dan ir-rumanz, tassew li l-imħabba ma tmut qatt!

Hawnhekk tajjeb li wieħed isemmi kemm hija interessanti l-ispjegazzjoni li l-awtriċi jirnexxilha tagħti tal-personifikazzjoni tal-mewt. In-nuqqas tal-emozzjonijiet li tesebixxi, kif ma tifhimx x’inhi l-imħabba u x’kapaċi tagħmel biex tiffavorixxi lill-alleati tagħha li għalkemm imdakkrin min-nuqqas tal-ħajja, xorta waħda jibqgħu jgħixu fuq din id-dinja biex ifittxu l-imħabba.

Fir-rumanz ta’ Helen Borg insibu deskrizzjonijiet reali ta’ persuni li ġejjin minn żminijiet ’il bogħod u li jgħixu f’pajjiżi differenti. Rakkonti vivaċi ta’ avvenimenti storiċi magħrufa u li seħħew tassew, ilaqqgħuna ma’ personaġġi importanti li ħallew impatt fuq l-istorja ta’ Malta, kif ukoll tad-dinja. Jidher ċar li biex kitbet dan ir-rumanz, Borg għamlet riċerka estensiva kemm mill-aspett storiku kif ukoll fuq bosta elementi oħrajn, fosthom dawk mistiċi u misterjużi, li lkoll flimkien jagħmlu dan ir-rumanz tassew oriġinali.

Ġrajja ta’ mħabba fantastika fejn is-sorpriżi eċitanti, u speċjalment dawk romantiċi ma jonqsu qatt, għaliex b’mod tassew misterjuż jibqgħu jirrepetu ruħhom għal dejjem … u ftit!

 

Prosit tassew lil din l-awtriċi.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit:  www.horizons.com.mt

 

 

Kumment ta’ Michael Cini

 

Il-fil narrattiv ma jeżistix waħdu. Huwa l-prodott u t-tinsiġ flimkien ma’ ambjentazzjoni u karatterizzazzjoni. Huwa t-tiflil flimkien ma’ ħsibijiet, emozzjonijiet u qagħdiet mentali varji. Hawnhekk l-awtur – in-nissieġ tal-fil tal-istorja ma jistax jaħrab minn dawn it-tisripiet li fihom huwa jara lill-istess erwieħ tal-protagonisti tiegħu. Il-protagonisti li jixirfu minn żmien għal żmien fin-narrattivi tiegħu – narrattivi li jsawru minnhom infushom qagħdiet mentali ħelwin, sielma u rassiguranti daqskemm skabrużi u inkwetanti.

 

U dan huwa sewwa sew li jagħmel Joe Camilleri, kittieb u promotur tal-ħsieb u d-disinn uniku, li waqt li jkun qiegħed jinseġ in-narrattivi tiegħu ma jafx ma jiqafx biex jara lil dik u lil oħra, lil dak u lil ieħor, f’ambjentazzjonijiet u qagħdiet speċifiċi li juru sewwa sew wisq aktar mid-dawl fil-kantini – il-kantini ta’ dak li jgħaddi mis-sottorenitajiet ta’ ruħna – dawk il-kantini li fihom aħna nitkellmu magħna nfusna u f’dan it-tiklim aħna nsawru lill-istess ruħna. Fuq barra, imbagħad, aħna nitkellmu dwar karattri, u l-imkejjen fejn dawn il-karattri jpassu ngħidulu l-ambjent – l-ambjentazzjoni.

 

Il-persona li qiegħda tirrakkonta dawn l-istejjer huwa persona b’għajnejn għarriexa mhux biss għal dak li qiegħed jiġri fil-madwar u għaldaqstant jidher, imma wkoll dak li qiegħed jiġri fil-qiegħ nett subkonxjuż ta’ dawn l-istess personaġġi. Personaġġi li jiffullaw lill-ambjenti Għawdxin u li jgħixu d-dwalijiet u l-oskuritajiet ta’ ġo fihom hekk kif ipassu minn imkien għal ieħor, u jitkellmu jgħajtu dwar dak li jkun qiegħed jiġri f’ruħhom – il-beżgħat, t-trepidazzzjonijiet, id-dwejjaqijiet u l-ispiritwalitajiet varji ta’ ġo fihom.

 

Hemm traġedji għaddejjin f’dawn il-personaġġi. Daqskemm hemm stejjer ta’ fidwar f’dawn il-karattri. Huma traġedji daqskemm fidwiet li l-persona li qiegħda tinnnarra konxja tagħhom u konxja tagħhom sew. Għax fl-introspezzjonijiet tiegħu huwa jirnexxilu jagħraf mhux biss lilu nnifsu, imma wkoll lil dawk ta’ madwaru. In-nies tad-demm u l-laħam li l-ħin kollu fl-istess mixjiet u qagħdiet tagħhom jitkellmu u jitkellmu jgħajtu, anke meta jkunu siekta.

 

U dan Joe Camilleri jagħmlu u jagħmlu tajjeb. Anzi tajjeb ħafna. Għaliex lil hinn mill-fenomenoloġija li jara għaddejja quddiemu hekk kif bniedem jiltaqa’ ma’ bniedem jew bniedem jiġi kkantonat u mwarrab, huwa jagħraf jisma’ u jisma’. U f’dan it-tismigħ hemm il-lingwa – lingwa li huwa kiseb, sawwar u bena matul meddet iż-żmien fl-istess idjomatiċità tagħha, idjomatiċità li hija Għawdxija daqs l-istess blat samm li jsawwar lil din il-gżira. Hija dik is-sintattiċità li l-persona bena matul meddet is-snin, biex b’hekk huwa jirnexxilu mhux biss jagħraf dak li qiegħed jiġri madwaru, imma wkoll ġo fih – u b’hekk il-madwar jiġi l-ġewwieni u l-ġewwieni u l-madwar joħolqu dawn in-narrattivi – dawn il-frammenti narratorji. Dawn it-thewdiniet il-kbar ta’ eżistenzi varji li aħna naraw, mhux dejjem bil-mod kospikwu li jarahom in-narratur.

 

Il-persona ta’ dawn in-narrattivi, waqtiet bħal qisu jagħraf jiddistakka ruħu minn dawk it-thewdiniet li jkunu għaddejjin fil-qiegħ subkonxjuż tal=karattri tiegħu, u jgħaddi huwa wkoll biex ikun l-interpretu, hekk kif juża l-lingwa ta’ min jaf janalizza, ta’ min jaf jinterpreta, ta’ min jaf jitkellem fuq dak li jkun għaddej f’qiegħ dawn il-personalitajiet. U dan bil-ħaqq u s-sewwa meta wieħed iqis li Joe Camilleri huwa kritiku tal-arti daqskemm tal-letteratura, u għaldaqstant jiġu waqtiet meta l-vuċi tal-karattri – il-fil narrattiv – jieħu fih u minnu nnifsu dawk ix-xejriet interpretttivi – xejriet li jitolbu lingwaġġ differenti – lingwaġġ li kif nafu għandu bixra u xejra oħra minn dik li wieħed ikun qiegħed juża fl-att krettiv tan-narrazzjoni.

 

Il-kitbiet li jagħtina Joe Camilleri huma kitbiet mexxejja, sempliċi, profondi, ċari, b’tali mod u manjiera li din il-profondità tasal għandna bl-aktar mod li aħna nkunu nistgħu nagħrfuha, nivvalorizzawha u nieħdu gost biha. Hemm narrattiva għaddejja li nistgħu ngħidu tintħiet il-ħin kollu bejn storja u oħra, qagħda u oħra, stat u ieħor – li lkoll flimkien isawru nisġa li titfa’ dawl fuqna l-bnedmin li ngħixu f’dawn il-gżejjer.

 

Dan kollu jgħinna biex fil-ħinijiet tagħna, aħna nkunu nistgħu nissieħbu ma’ erwieħ oħra ta’ madwarna u magħhom, aħna nkunu nistgħu nifhmu xi ftit minn dawn it-travalji varji tal-ħajja – travalji li konxjament u subkonxjament għaddejjin il-ħin kollu jsawru l-fenomenoloġħija tal-ħajja.

 

Dawn huma n-novelli:

 

Ix-xitan li ħabbat biebhom; Kannestri bil-fjuri; Kwarantina; Ċaqlembuta; Il-kelb u l-poeta; Lutfana; Vanġelu tal-ħobż; F’dis-siegħa sewda; Il-mara li kienet mara; Qanfud fiċ-ċella f’daru; Loniċera; Għajnejn ġawhar leqqiena; In-nannu miet!; B’sens ta’ rġulija!; Villa għall-kwiet.

 

Dawn huma xi siltiet:

 

Sema’ ċaqliq u ħsejjes ġejjin minn isfel. It-taħbir ta’ qalbu tektiklu li kien inqala’ xi saram. Qam minn fuq il-pultruna, qasam il-pjan, u beda nieżel it-taraġ bil-lajma, mgħawweġ la ġenba biex b’idejh it-tnejn ikun jista’ jaħfen il-poġġaman waqt li jmidd sieq wara sieq. Minn nofs il-medda tat-taraġ seta’ jilmaħ xi nies liebsa lbies protettiv, b’nuċċali wiesa’ quddiem għajnejhom u b’maskra taċ-ċarruta tgħattilhom il-parti t’isfel ta’ wiċċhom. (Ix-xitan li ħabbat biebhom, p. 15)

 

Tasal tkarkar b’vann qadim. Tipparkjah għall-ġenb minnu tqandel il-kannestri b’tiżwiqa ta’ fjuri. Friski u żnelli b’rashom merfugħa għax maqtugħa kmieni kmieni mat-tbexbix mir-raba’ mżerżaq ta’ taħt il-kenn tal-għolja. Tarma fil-mogħdija li tagħti għaċ-ċimiterju. (Kannestri bil-fjuri, p. 35)

 

Ftit taż-żmien ilu kienu raħħmulu biex waqt dar-Randan issir purċissjoni votiva bl-istatwa titulari. ‘Wegħda biex il-protettur tagħna jħarisna mill-coronavirus,’  kienu ssuġġerewlu. Hu kien żamm iebes għax emmen li purċisssjoni mat-toroq ewlenin tar-raħal kienet ixxelliflu difru mal-awtoritajiet. Kienet tkun tentazzjoni u kalamita biex in-nies tixref barra. Kien jaf sewwa li x-xbieha tal-qaddis tasal tistordi lir-raħlin u titfagħhom f’ewforija. U bħalissa kien hemm ħtieġa li wieħed iżomm rasu fuq għonqu. Li jirraġuna b’moħħu u ma jitkaxkarx mit-taħbit ta’ qablu. It-taħlit kien ta’ periklu li jkattar sitwazzjoni li diġà kienet waħda ta’ tħassib.” (Vanġelu tal-ħobż, p.107)

 

Il-qorriegħa ta’ rasu tnemmel. Iħokk u jħokk. Mhux biss fil-ġilda tal-kranju ħotba. Imma ħakk ma’ ġismu kollu. Qris fi qris. Qisu n-nemus dar għalih. U jsieħbu lil din l-persekuzzjoni fitta, fwawar fi fwarar. Telgħin jitmewġu minn sidru. Mal-lehġa tan-nifs li ħassu jrid jinqatagħlu. […]  Dan l-aħħar kien mirkub minn sintomi strambi li qatt ma ħasshom qabel. Nuqqas ta’ sabar jimxi miegħu qisu l-eku ta’ passih mal-erba’ kmamar ta’ daru. M’għandux ħila jtawwal ftit minuti mal-mejda biex inaqqar xi ħaġa tal-ikel għax kull darba jkollu jqum idur u jdur, jonfoħ u jonfoħ fil-vojt. (Qanfud fiċ-ċella f’daru, p. 153)

 

Ta’ kuljum, il-mara tterraq l-istess triq. Dejjem fl-istess ħinijiet. L-aktar waqt li l-ommijiet ikunu miġbura qaqoċċa jzekzku u jtaqtqu fuq kull fettuqa li tfaqqas f’rashom huma u jistennew lil uliedhom joħorġu frattarija waħda x’ħin jitberraħ bieb l-iskola. Il-mara tibqa’ għaddejja dritta bla kliem u bla sliem.  …  Ma tqis lil ħadd. Tislima ma tixrifx. Qisha ma taf lil ħadd. Timxi b’rasha merfugħa. Għajnejha mwaħħla ’l quddiem fil-baħħ. […]  Tassew li ma kinitx ilha wisq li tfaċċat f’dawn l-inħawi. Inqalgħet minn xi mkien ieħor. Il-mixja dritta dirtta tagħha ma kinitx ta’ xi waħda mistħija. Il-klikka ta’ fuq il-bankina tal-anqas stenniet serqa ta’ ħarsa ħafifa lejhom minn taħt. Inkella tislima jew tbissima. Jekk ma kellhomx xi faħam miblul, il-barranin li jaqbżu fir-raħal kienu mistennija li jibdew jersqu u jindiehsu ma’ tal-lokal. Jekk mhux għal ħaġa oħra biex ikunu jistgħu jistħarrġu għawwarhom jgħarblu jekk jilqgħuhom bħal ta’ ġewwa. Jew jerfgħulhom kitfejhom. Il-kliem bħaċ-ċirasa u naqra naqra jsiru jafu liema riħ ikun tefagħhom f’dik il-ħara.   (Għajnejn ġawhar leqqiena, p179)

 

U n-nannu qatt ma tela’ xejn għal rasu. Dejjem baqa’ jxidd il-qalziet li kien fassallu r-raħal umli. L-Għawdxi sod, ħabriek, ħawtiel u onest li emmen li min jerfa’ mnieħru, in-nies ma tibqax taħmlu. Għalhekk libes dejjem ir-raġel tad-dawl u tat-tbissima. Kelma ma jitlaqhiex qabel jiżinha. Jigdem ilsienu jekk jagħraf li tista’ toħroġ vleġġa. Aħjar tislima milli tħaġġira, kien jgħid qaddisu. U l-bniedem tat-tislima kien jaf inewwel driegħ ta’ rifda lil kulħadd. Jimxi l-pass dritt tal-irġulija. Ma jgħallet lil ħadd. Ma jqarraq b’ħadd biex qatt ma jkollu xi jħammarlu wiċċu. (In-Nannu Miet, p. 187.)

 

Nagħlaq billi ngħid, li kitbiet ta’ dan it-tip, għallinqas ħafna minnhom, għandhom ikunu testi li jgħinu lil kull ġenerazzjoni ta’ qarrejja Maltin, mhux biss għall-mod kif inhuma miktuba, imma wkoll għall-mod kif dawn jgħinuna nissieħbu ma’ ħaddieħor, b’mod speċjali fi żminijiet meta r-relazzjonar bejnietna l-bnedmin bħal qisu qiegħed jonqos. Nawgura lil Joe Camilleri aktar kitbiet ta’ dan it-tip, filwaqt li fl-istess ħin nissuġġerixxi l-qari ta’ dawn in-novelli, flimkien ma’ novelli oħra ta’ dawn il-kitbiet, li fl-idea tiegħi, jistħoqqilhom mhux biss qarrejja ta’ kull żmien u età, imma wkoll ta’ studju fid-dettall fil-livell ta’ xi Baċellerat u l-bqija.

 

Kumment ta’ Tarċisju Zarb

Reviewing a life in a few words is demanding, but when it concerns one who has bloomed into an icon, it becomes almost impossible.

 

Giovanni Bonello has excelled in various fields, especially his incredibly daunting work on human rights and his prolific intriguing, researched and ever delightful publications. This 215-page book in Maltese, published by Horizons as part of the series ‘Bejn Storja u Miti’, is a potpourri of acclamations and testimonies by 18 writers and an excellent introductory essay by the editor Sergio Grech, all eulogising this outstanding personage.

 

Vanni, as old friends, including myself, call him, is a hero who occupied the front line not for a privileged seat but to carry the battering ram and breach the walls of those who sat in their ivory towers, trying to stampede the inalienable rights of many. He holds the record of defending 170 cases on human rights, and that was when the courts were not always warm to the idea of taking the state to task.

 

Was he fearless? If by fearless, one means bold, Vanni was all that. But fear of reprisals and threats (which he received galore) he must have felt in his heart of hearts. A hero is not one who feels no fear; that would be insensitively stupid. A hero, like Vanni, means having the grit to overcome fear, and make the other side reckon his weight.  Kevin Aquilina offers us a clear account of Vanni’s work for human rights, his militancy as an agent of change, his crusade to establish the supremacy of the constitution, his work as legislative reformer, his personal philosophy of law. This aspect is echoed by other writers, such as Tonio Borg, who as a fresh lawyer was roped in by Vanni to help him research his defence of Mgr Philip Calleja way back in 1975. Those who just read Vanni’s exploits in these articles will get a glimpse of the man, but those who, like me, recall and lived those times, place those adventures within a living context and hence see Vanni the hero in present tense, not past. Way back in 1984, Vanni regularly wrote a whole page on the Sunday Times of Malta, exposing breaches of human rights, and this soon evolved into the mythical Page Thirteen every Sunday. That was the page which was read first.

 

His twelve-year stint in Strasbourg as Judge of the European Court of Human Rights was an extension of the Malta-Vanni, but moulded within an international scenario.

 

Vanni possesses complete command of the English language; literature is in his DNA. His literary expression is often personal, pungent and humorous, so in Strasbourg he frequently stunningly expressed his personal views in terms which were new to the judiciary world. What was normally a dry judgement, he turned into legal literature of the first kind, both in essence and style. His fellow judges wrote of him in glowing terms, such as ‘ my super hero’, gifted with the ‘rare distinction of being an amazing, stirring read.’  His dissenting judgements were exceptionally published by Judge (later Court President) Nicolas Bratza and leading authority on Human Rights law Michael O’Boyle, at a time when Vanni was still serving on the bench. First time ever!

 

Vanni is terrified of being mistaken, so he holds back until he is absolutely certain. He was always like this. Enrico Scicluna and Paul Xuereb, both lawyers and old friends, vouch for this in their very interesting  contributions.

 

He has published a large number of articles, many of which have been included in his series of volumes Histories of Malta. These have earned him several Best Writer Awards in Malta. He is sometimes shocking (a nun murdering another nun), innovative (the correct surname of De Valette), bordering on the offensive, and lambasting revered or hallowed personalities, such as bishops, grand masters and several so-called heroes.  But always supported with documentation.

 

A pioneer in introducing micro Maltese history, his contributions are always a pleasure to read. He does not merely expose facts but fashions his expressions in a particular Bonellian manner. He narrates history and does not fail to spray home-made interjections to emphasise a point. One particular sentence comes to mind. Writing about when the British agreed to send to France a collection in the Museum of Natural History, he comments: ‘The British paid a debt they did not owe with assets they did not own.’  Very  apt. Very Bonellian!

 

And yet he insists he is not a writer. According to him, a writer deals with creativity and imagination. This is one of the very few points I disagree with Vanni. A writer is one who expresses his thoughts, facts, belief, disbeliefs in a fresh and entertaining manner, which entices the reader to continue. That is exactly Vanni, whatever he may care to say.

 

Maroma Camilleri, the gentle lady who has helped so many find their way through the meshed brambles of research in the Bibliotheca, and who very often is included in Vanni’s acknowledgments at the end of an article, relates Vanni’s methods of research and introduces us to the main classification of volumes left by the Knights.

 

In spite of what some may feel about Vanni, I know him as one who loves a good laugh, in spite of what his formal attire, inordinately grown moustache (and now also a beard) may mislead you to imagine. He can be a very outgoing person but Vanni has built an electrified double fence, protecting his innermost thoughts and feelings. I would have loved to read more about this aspect in this book. For example, he is quoted as saying that he has written many poems where he bares his inner-self, but is determined destroy them before he leaves humanity’s company. He is afraid we would know his fears, his doubts and his innermost soul. He is what I would call ‘solo nella folla’. All his Histories of Malta volumes contain an introductory short poem. That could have been an interesting article to start burrowing into the inner Vanni, unless of course he has published those short poems because they do not bare his soul. They are all exceptionally incisive. “You asked yourself: What do I lose / by dying ? Forgiving / the oblivion of submergence, I ask: / what do I lose by living?”  Phrases like ‘I have a whole lifetime to die’ or ‘only in death there is tomorrow’, or ‘it is fatiguing to be dead’, or ‘ I have befriended death, and know a great desire of evening.’ Hauntingly evocative!

 

Even though he refers to the Bill of Rights in the Blood Constitution of 1961 as the spark which kindled his interest in human rights, I am sure the shamefully illegal exile of his father, Vincenzo, in Uganda with my cousin/uncle Herbert Ganado and company, grafted a wound in his heart which may have healed but has retained its scar. This book contains an excellent 34-page article by Simon Mercieca on Vincenzo Bonello. A gentleman, a true Christian, and art specialist if ever there was one. He was the first curator of Arts in the Museum Department and was instrumental in the opening of the first Museum of Arts. Vincenzo managed to acquire paintings by several well-known artists, including Honthorst, Stomers, Magnasco and Botticelli and added them to Malta’s national collection. Alas, this honour was short- lived. Without any charge or proof he was sacked from his office and exiled against the dictates of the Malta Courts which had considered these actions illegal. Vincenzo was instrumental in the opening of Malta’s first school of Arts which offered novel assistance to budding Maltese artists. He would have raised the art scene in Malta to much greater heights had not the foul- mouthed whispering of a Maltese gravitated such a wicked conclusion. Vincenzo Bonello deserves a fully-blown biography to place him on the pedestal he rightfully deserves.

 

Vanni is not only an established avid collector of old photographs but actually experiments with digital photography without retouching. Daniel Cilia shares with us some interesting results and hints at Bonello’s technique.

 

This book is not to be missed. Giovanni Bonello is determined not to write his autobiography. Some one else must do so. This publication is one small step in that direction.

 

By Philip Farrugia Randon

Dar-Riħ Malizzjuż hija s-sitt ġabra ta’ poeżiji ta’ John P. Portelli. Din il-ġabra, ippubblikata minn Horizons, fiha 43 poeżija miktuba bil-vers endekasillabu. Dan hu ktieb uniku u innovattiv għax huwa l-ewwel ktieb bil-Malti li f’kull paġna hemm kodiċi QR li bih tista’ tisma’ l-poeżija tinqara minn Celaine Buhagiar u l-awtur innifsu. Barra minn hekk, il-kunċett artistiku u d-disinn tal-ktieb b’qoxra iebsa hu xogħol l-artist Malti ta’ fama internazzjonali, Dr. Trevor Borg, lettur fl-Università ta’ Malta.

 

L-idea tal-użu tal-kodiċi QR ġiet imnebbħa mill-fatt li Portelli għandu ħbieb li tilfu l-vista, kif ukoll mill-fatt li Portelli jemmen bis-sħiħ fil-ħsieb u l-prattika tal-inklużjoni. Portelli, li emigra għall-Kanada fl-1977, illum huwa Professur Emeritus fl-Università ta’ Toronto wara li mill-1982 għallem il-filosofija u l-ġustizzja soċjali fil-politika u t-tmexxija tal-edukazzjoni f’erba’ universitajiet. Portelli, li jgħix f’Malta u f’Toronto u anki lil hinn, huwa awtur ukoll ta’ żewġ ġabriet ta’ novelli kif ukoll ir-rumanz Kulħadd barra Fajża, li din is-sena ħareġ ukoll bl-Ingliż, Everyone but Fajza, maqlub għall-Ingliż minn Irene Mangion u ppubblikat minn Horizons (Malta) u Word and Deed Publishers (il-Kanada), bl-għajnuna finanzjarja tal-Kunsill Malti tal-Ktieb. Ħames kotba tiegħu ġew short listed għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Malti. Portelli spiss jiġi mistieden biex jaqra f’serati letterarji kemm f’Malta kif ukoll f’Toronto. Il-poeżiji tiegħu nqalbu għall-Ingliż, il-Franċiż, il-Grieg, l-Għarbi, il-Farsi, ir-Rumen, il-Pollakk, il-Korean u ċ-Ċiniż.

 

Kummenti dwar Dar-Riħ Malizzjuż

 

Il-poeżija ta’ John P. Portelli hija poeżija lirika, maqlugħa – mhux mingħajr tbatija – minn ġewwieni profond li fih tistaħba nostalġija li f’waqt hija ħarba u f’ieħor kundanna, imma f’kull waqt fiha sens li t-tifsila ta’ kwalunkwe ġejjieni hija msensla fuq il-mit ta’ mgħoddi li ħarab u li mill-prisma tal-lum jidher bogħod millenarju, anki jekk dejjem persistenti. Fil-poeżija ta’ Portelli, in-nostalġija tkellimna permezz tas-sensi, u waqt li qed naqraw, naraw, inxommu, nisimgħu, intiegħmu, kważi saħansitra mmissu b’idejna din id-dinja nostalġika, trejjaħ is-sajf, il-baħar, qalb l-għelieqi mperrċin fuq l-irdumijiet.

 

Aleks Farrugia

 

Il-poeżija ta’ John P. Portelli taqbad l-esperjenza temporanjament konkreta tal-kampanja ta’ art twelidu u tar-raħal fejn trabba, irriżaltati mid-diqa ta’ qalb f’ruħ eżiljata minnha bil-bogħod u bil-mogħdija ineżorabbli taż-żmien. Il-passat u l-ħarba taż-żmien f’Malta li qed tinbidel b’għaġġla, filwaqt li hu mġiegħel iħallihom warajh, iqanqlu fih traċċi ta’ delikatezza intensa. Huwa attent għal dettalji żgħar ħafna fl-habitat naturali ta’ Malta, sal-iżgħar fjuri u bebbux, għalkemm huma l-burdati infiniti tal-baħar u tar-riħ li l-aħjar jimmarkaw dawk tiegħu. Madankollu, din tiegħu mhijiex poeżija ta’ deskrizzjoni imma waħda li twaħħad l-interrelazzjonijiet kważi tanġibbli tiegħu mal-ambjent tiegħu u ma’ niesu, f’xi waqtiet liriċi, f’waqtiet oħrajn muġugħa. L-użu raffinat tal-ilsien Malti juri sensittività li qarrej attent ma jistax ma jħossux imqanqal minnu.

 

Maria Grech Ganado

 

Bejn it-twemmin u t-tellieqa

 

Irrid l-ewwel nett ngħid li għandi żewġ xbihat distinti ta’ Jonathan Balzan immarkati f’moħħi, jew forsi huma xbieha waħda mlibbsa f’żewġ suriet differenti – lil Jonathan niftakru għaddej itellaq qalb it-toroq tar-raħal, wiċċu ruxxan u b’pass ma jaqta’ xejn. Kultant għaddej minn Triq it-Tabib Nicola Zammit fis Siġġiewi, fejn trabbejt jien – u nafu jaqra l-poeżija tiegħu f’għadd ta’ serati ta’ qari li inzertajna qed naqraw xogħolna fihom. Nafuh ilkoll bħala atleta ta’ suċċess, rebbieħ ta’ maratoni, li kiser diversi records u għamel isem għalih innifsu f’dan il-qasam, kemm f’Malta u wkoll lil hinn minnha. Dan il-preambolu qed nagħmlu għax ma’ Jonathan għandi dawn il-memorji ta’ ħbiberija li jġibuna flimkien. Imma hawnhekk se naqsam ħsieb jew tnejn fuq il-poeżija ta’ Jonathan Balzan – dik il-materja li finalment tibqa’ usa’, inqas frivola u allura aktar bnedmija minn kull illużjoni li aħna l-bnedmin jista’ qatt ikollna dwarna nfusna.

 

X’jiġri meta bħala qarrejja nidħlu, kisknijiet, flunivers uniku ta’ poeta-atleta? Anzi, ħa nikteb iddomanda mill-ġdid: X’jiġrilna meta l-poeżija jfettlilha ttellaq magħna, jew inkella ġo fina? U din li se naqraw f’dan il-ktieb hija poeżija li qed ittellaq, jew atletika li qed tinkiteb? Mhumiex mistoqsijiet faċli dawn, għax jorbtu b’qilla kbira mal-kwistjoni tal-poetika bħala kenn minn dak li għadna ma nafux. Imma, ejja talinqas nibdew.

 

Dawn huma poeżiji li qegħdin jitolbu – li fihom il-poetika tat-talba, u li minnhom tingħaraf fidi li tinstab fl-azzjoni tat-talba nfisha. La titqarrqux – it-talba ta’ Balzan, filwaqt li hi ħosbiena, mhix waħda supplikanti. Bħalma naqraw, pereżempju, fil-poeżija ‘Kultant, Mulej’, din hi talba mill-aktar assertiva u dinamika. Talba li mhux dejjem taf fejn se tispiċċa, imma li taf eżatt minn fejn bdiet u minn fejn għaddiet biex waslet biex tlissen il-kelmiet li għandna quddiemna f’dan il-ktieb. Forsi hi talba atletika – għax spiss, bħal fil-poeżija ‘Hi’, insibu sekwenzi li fihom ir-ritmu tal-vers hu sinkronizzat mill-qrib ħafna mat-taħbit tal-qalb – bħal donnu l-atleta jieqaf jiċċekkja r-rata tat-taħbit kardijaku, tad-distanza li għamel, u jispiċċa jsib fihom grammatika li fil-fatt tispelli l-binja eżistenzjali tiegħu. F’dan is-sens, ilvers jirbaħ fuq il-ġisem, anke jekk b’nanosekonda.

 

Spiss, Balzan jorganizza l-esperjenza tiegħu f’ritmi qosra u skjetti, kważi stakkati. Dawn huma poeżiji animati bit-tqanqila fiżika tal-qalb waqt l-isport, iva. Iżda Balzan jintervjeni proprju hawn, biex ifassal mit-tferfir sportiv tal-qalb allegorija ta’ ħajtu u aktar minn hekk, inissel minn dan it-taħbit relazzjoni qariba mat-twegħir tar-ruħ, wieħed li minnu nnifsu hu kostanti tal-inqas daqs il-pass tal-maratona. Fidi u sport: kultant, il-poeżija ta’ Balzan hi atleta, drabi oħra akrobata. Però, fit-tnejn li huma, din hi poeżija li ssib virtù fil-ħeffa, u spiss tiftaħ spazju ta’ ħsieb kajman qalb il-ħeffa, anzi tikxef il-potenzjal tal-ħeffa bħala spazju jew wisa’ li hu profondament ħassieb.

 

Għax aħna u naqraw l-indirizz ta’ Balzan lejn alter ego sagru, pereżempju, jew aħna u nsegwu r-ritmu sod li bih Balzan jesprimi s-sens ta’ ħajja kontemporanja li kif jikteb Theodor Adorno, hi “difettuża” b’għadd ta’ modi, insibu tifsira tal-ħeffa li fl-istess waqt tirrifjuta l-għaġla kbira li jimponi fuqna l-preżent. Il-poetika tal-moviment għalhekk tipproponi ruħha bħala alternattiva għall-problematika ta’ preżent bla sabar. Il-motivi l-kbar tal-fidi – il-maħfra, il-mixja spiritwali, it-tama, u l-perseveranza talisportiv daqskemm tal-poeta kredenti, jikkomponu l-kuxjenza tar-ruħ atletika. Din hi kuxjenza li tibni: l-akrobata  nfisha, imbagħad, tfittex li “tibni l-mewt” bħala l-ħidma kontinwa ta’ ħajjitna, kif jikteb tajjeb Michel de Montaigne, u kif fil-fatt niskopru aħna u naqraw poeżiji bħal ‘Lejn l-Addolorata’. F’poeżiji oħra, bħal ‘Fuq spallejja’, Balzan jikteb li “Meta ħsieb il-mewt / jagħfas fuq spallejja / nifhem li nkun filqrib / tal-ispjegazzjoni / bejn l-imġarrab u l-mistur’.

 

Is-solitudni li toħroġ minn dan l-imkien imbejjen hi wkoll il-kundanna tal-bniedem – tagħna kollha – jiġifieri dik li spiss insibu rwieħna ntellqu waħedna. Balzan imma, juża dan l-abbandun proprju biex, bħala poeta, ma jabbandunaniex. Balzan iressqilna, anzi, forma ta’ refuġju attiv. Dan hu l-għarfien li fit-tħejjija sportiva tal-ġisem diġà tinstab id-dinamika bażika tat-twemmin – jiġifieri li wara t-tellieqa, hemm tistenniena poeżija.

 

Kumment ta’

Dr Norbert Bugeja

Senior Lecturer fl-Università ta’ Malta

Kumment ta’ John Baldacchino

 

Il-ġmiel u r-rikorrenza f’forom ta’ imwiet żgħar huwa l-binarju indirett li jsostni l-poetika ta’ John Buttigieg. Kif iwegħedna hu stess, Jifridna biss is-skiet hija “l-aħħar fażi poetika” tiegħu, għalkemm hawn, it-tmiem huwa wieħed ta’ tqala poetika li tħabbar wild fil-ġejjieni immedjat tal-lum ta’ kuljum. Mhux biss f’sens ta’ fidi, imma wkoll f’dik li hija forma poetika, Buttigieg jagħżel dak li bih l-univers jiċċekken bl-istess sens kenotiku li bih ħafna jixxenqu għall-maħfra u r-redenzjoni.

 

Jekk f’din il-fidwa se nħabbru xi forma ta’ għajbien, dan jinstab fil-preżenza li f’kull poeżija tipprova ssib kenn. Dan il-kenn jieħu forma ta’ f’tiftix li jixbah lil dawk iż-żjarat li fil-ħajja ta’ kuljum ma jidhrux siewja daqs kemm huwa l-għarfien tal-ambigwità li tagħmilhom. Għalkemm dan kollu jinstema’ pjuttost astratt, fil-poetika ta’ Buttigieg insibu materjalità tanġibbli u prattika hekk kif miegħu aħna lkoll ngħixu ħajjitna jum b’jum. F’kull poeżija hemm sens familjari, u allura ġenerożità li biha il-poeta jistedinna nifhmu l-għemejjel tagħna bħala bnedmin.

 

Huwa f’dan is-sens ta’ għemejjel (poetiċi imma wkoll komuni) li r-rikorrenza tmur lil hinn minn xi espressjoni ta’ poter jew volontà, imma fejn, f’sens estetiku—f’narrativa ta’ ġmiel – l-arti poetika ttarrafna b’dak li dejjem se jiġi “wara.” Dan l-ordni poetiku jindika wkoll kif l-esperjenza ta’ kuljum nagħrfuha f’kulma nagħmlu u f’dak li għad irridu nagħmlu (anke jekk ħafna drabi ma nafux x’se jkun). Ma’ Buttigieg mhux qed inżuru dinjiet straordinarji jew diffiċli. Anzi, qed ngħixu ħajjiet li huwa jislet mill-istess imwiet żgħar ta’ kuljum, fejn kull waħda u wieħed minna nfittxu sens dejjiemi ta’ ġmiel u allura ta’ dak li b’mod divers inqisu b’tajjeb u veru.

 

John Baldacchino. Professur fl-Università ta’ Wisconsin-Madison u awtur ta’ Sejjieħ il-Ħsieb: Limitu u Ħelsien (2020).

IN  THE  JUDEAN  DESERT

 

Commentary by Tony Cassar Darien

 

Jim Crace’s fifth novel Quarantine is a novel-fable that relates a highly imaginative account of Jesus Christ’s forty-day sojourn in the wilderness that is the Judean desert.

Of course the evangelists Mark, Matthew and Luke have referred to this curious episode in their Gospels, while Milton’s short epic, Paradise Regained, has expanded on this bizarre happening where Jesus resists all the wily temptations proferred to Him by the Prince of Darkness.

Crace’s Jesus is a far cry from the images drawn by the likes of Michelangelo, Leonardo da Vinci, Fra Angelico and many of the other masters. Neither does He resemble the genre as depicted by the big budget Sword-and-Sandle epics like Ben Hur, Quo Vadis, The Robe and other blockbusters, released by Hollywood in the late fifties and early sixties.

This Jesus is a very ordinary young peasant from Galilee whose too facile piousness unnerves even his parents. When He abandons His family’s carpentry business in search of God, He exiles Himself to the utter barreness, and the glaring heat that marks the Judean desert. He seeks out a desolate cave hewn out of tough rock and from where he rarely emerges. It is where he plans to encounter and get to know His God during His planned forty days of quarantine, aided and abetted by silence, solitude, meditation and sheer hardship.

However, the savage cragged wilderness is also home to an assortment of other quarantiners. These include Musa, a stout, arrogant, lecherous merchant whose long suffering wife, Miri, has left him for dead in his lavish tent. In walking away from her moribund husband, Miri feels relieved and excited about the prospects that lie in store for her, in a liberated life, free from the detestable relationship  of her oppressive hubby.

Marta is a handsome, prosperous but barren woman who yearns above everything else to conceive. Shim is a self-absorbed ascetic; and Aphas, an elderly jew, is diseased with cancer.

After Jesus, Who seems to have been obsessed with being a healer, succeeds in bringing Musa back to life, the bullying merchant strives to dominate the other quarantiners, by convincing them that he is their lord and they thus own him their everlasting tribute. (Since this fictional novel purports to be a reconstruction of the Biblical story, such a nasty character is an obvious allegory of Satan.) Musa’s only problem lies with Jesus, Whose unpredictability confounds him. In turn Jesus constantly tries to avoid any form of contact with the other quarantiners by venturing as little as possible, from of his cave of solitude.

The crux of Crace’s mystical plot, elegantly expressed in an elegant and powerful prose, describes how these six desert dwellers relate with one another.

Seasoned poet and writer Charles Flores, who has a degree in Theology from the University of Malta, has admirably succeeded into adding a Maltese translation to the already existing twenty-versions of Crace’s opus. Nothing about this story is quite straightforward. It is compiled from bits and chunks of many subjects. There’s nature, divinity, science, heat, hunger and thirst, man’s strengths, weaknesses and obsessions with the gods of our faith or our making. Not one given easily to generalisations, whom I consider even more odious than comparisons, I must confess to being struck by how both the terminology and the vernacular, as employed by Flores, have managed to convey the author’s original intentions, while registering a smooth transparency throughout the myriad of cultural and regional differences between the languages.

Published by Horizon Books in a hardback edition, the book features a handsome dustjacket based on an attractive painting in oil on canvas by Gozitan artist Aaron Formosa, aptly entitled The Temptation of Christ. The original work is exhibited at Muzew il-Hagar, Rabat, Gozo.

 

 

 

Realtà u Fantasija għal-Lum

Charles Briffa

(Ġorġ Peresso, l-aħħar Warda, Horizons, Malta, 2021)

 

Ġorġ Peresso, f’l-aħħar Warda (li huwa xogħol klassiku ta’ żmienna), jittratta r-realtà, u biex jiddilja mar-realtà jħaddem il-fantasija magħġuna mal-filosofija, is-simboliżmu, u r-reliġjon.

 

Ir-realtà

Ir-realtà f’dan ir-rumanz narawha f’dehriet bħal ta’ raġel kasbari li jipprova jirrejpja tfajla għax sabiħa (dehra li għandha ħafna mill-ħrafa ta’ Little Red Riding Hood) u bħal ta’ bulldozer imżarġna li tikklirja ġmiel wied. U narawha wkoll (ir-realtà) żgur f’temi bħas-sens ta’ ġustizzja, is-sens ta’ ħajja u mewt, il-valur tal-lingwa, il-valur tas-skiet – temi li jissieħbu u jitwaħħdu ma’ dawk viżjonarji li jfittxu fl-astratt u fil-fantastiku dak li jista’ jmur ’l hemm minn dak li hu normali jew tas-soltu; temi li jaslu sax-xfar tal-mistiku għax f’dan it-twaħħid jitqanqal it-tħassib li jressaq f’ġustapożizzjoni (fost oħrajn) il-fidi mad-dubju u d-dehen artistiku mal-kilba għall-flus.

 

Hawnhekk Peresso joqrob ħafna lejn Herman Hesse (1877-1962) li kien affettwat bil-bosta bil-mistiċiżmu tal-filosofija tal-Lvant. Huwa twaħħid li jagħraf li l-ġmiel huwa xejra ewlenija tal-verità – tema li tissieħeb mal-poeżija Ode on a Grecian Urn ta’ John Keats (1795-1821: “beauty is truth, truth beauty”). F’Peresso l-ġmiel tan-natura huwa verità spiritwali; anki l-ħajt tas-sejjieħ għandu jkun irrispettat għax għandu “ġebel li kennen ġnien, is-siġar, u l-fjuri” u ma jixraqlux ikun “imżeblaħ”.

 

Dan kollu huwa parti mir-realtà ta’ moħħ Peresso u huwa l-qofol ta’ ruħ in-narrattiva f’dan ix-xogħol.

 

Il-fantasija

Fil-kreattività tiegħu, Peresso jieħu mid-dinja klassika r-rabta tal-fantasija mad-divin. U l-poeżija invażiva tiegħu tagħti leħħiet lejn il-preżent li ma nafuhx (jew, jekk trid, lejn xi futur tal-qrib). Jagħtina fantasija moderna biex jistgħalla l-għarfien tar-realtà ta’ żmienna; fi kliem ieħor, sabiex jagħti varjetà ta’ perspettivi ġodda tad-dinja tagħna. Din il-fantasija turina l-attitudnijiet kif jistgħu jinbidlu u li moħħna jista’ jaffordja għarfien fix-xejriet simboliċi tal-ħsieb li ninqdew bihom bħala filter biex nipproċessaw il-perċezzjonijiet tagħna.

 

Is-saħħa tar-rumanz titqawwa bil-ħrejjef. Peresso jinqeda bl-elementi tal-ħrafa ta’ Little Red Riding Hood – imma jsemmi ħrejjef u leġġendi oħra bħall-istejjer ta’ Snow White u s-seba’ nani, tal-funtana taż-żgħożija, il-ġrajja tal-lupu mqareb f’Gubbio immansat minn San Franġisk ta’ Assisi, u dik ta’ Simurg.

 

Jekk niffokaw fuq Carmen li kienet tħobb tilbes l-aħmar (bħal Little Red Riding Hood), nistgħu nispekulaw psikoanalitikament u ngħidu li t-tfajla kienet fil-pubertà tagħha: l-aħmar li kienet tħobb tilbes jista’ jissimbolizza l-period tat-tfajliet u l-bidu tas-sesswalità tagħha. Insibu karattri komplementari bħan-nanna, l-omm, u l-missier (kif insibu f’Little Red Riding Hood) li jissimbolizzaw l-aspetti differenti tal-ġenituri.

 

Meta r-raġel ħajjen u għawli (in-Nagħġu) jipprova jirrejpjaha lit-tfajla innoċenti liebsa l-aħmar, din titgħallem li mill-estremità tal-imħabba tista’ tgħaddi għall-imrar u qrusa definita. Imma din il-firda bejn it-tajjeb u l-ħażin taffettwa sew lil Carmen għax in-Nagħġu qatlilha s-sens ta’ mħabba għall-irġiel ħlief għal missierha. Kien Wolff (l-ismijiet hawnhekk jidħlu ironikament fil-ġrajja) li ġabilha lura l-fiduċja fl-irġiel; warajh kompla Yorgos. Carmen lil Wolff l-ewwel ratu bħala missierha, imbagħad ħaditu bħala maħbub. Donnu hemm ħjiel ta’ interpretazzjoni Oedipali fis-simboliżmu sesswali tar-rumanz jekk aħna nieħdu lil Wolff bħala s-sesswalità tal-missier: il-missier-wulf li jinġibed sesswalment lejn bintu jikseb ix-xewqa tiegħu li jħobbha sesswalment.

 

Kuntrasti

Din in-narrattiva taħdem b’mod effettiv f’dawk l-aspetti ta’ kuntrarju u ta’ kuntrast. Ngħidu aħna, l-isem “Wied Ilpup” għall-bidu jagħti impressjoni ta’ biża’ u twegħir, però mbagħad insibu l-maqlub għax fih hemm il-ġnien tar-razzett bil-ward sabiħ u l-kenn tal-imħabba. Mill-banda l-oħra, “Nagħġu” (bis-suffiss tal-laqmijiet) jagħtina l-impressjoni ta’ xi ħadd ġwejjed u kwiet, imma malajr nintebħu li dan il-karattru huwa lupu liebes ta’ nagħġa (Mt.7:15); jiġifieri, jilgħab parti li hija l-maqlub tal-karattru veru tiegħu u min imiss miegħu jkun qed jilgħabha – huwa bniedem falz; taħt il-ġilda ta’ nagħġa hemm moħħ ħajjen u fejjieti ta’ lupu. Anki fid-diskors bejn il-karattri hemm il-kuntrast: il-maniġer ġenerali ta’ ħu Carmen jitkellem fuq “ftehim kummerċjali u legali” li għaliha huwa “tradiment”.

 

Fil-kuntest sħiħ tan-narrattiva, l-għemil tan-Nagħġu li jipprova jirrejpja lis-sbejħa jidħol f’ġustapożizzjoni mal-istupru tal-art li jġib is-setgħan bil-krejnijiet u l-gafef monstrużi; u jqegħedilna b’urġenza l-idea li “l-azzar, bħall-konkrit, m’għandux qalb. Kif għandhom il-fjuri” (p.169) – l-urġenza tinsab fit-tlaqqigħ ma’ xulxin tal-azzar bla qalb mal-fjuri bil-qalb.

 

Peresso jħobb idaħħal f’ġustapożizzjoni dehriet għat-tħassib tagħna: il-ħoss tal-mużika klassika jitlaqqa’ mal-istorbju tas-serrieq arroganti li jħanxar is-siġar; id-dedikazzjoni ta’ min jiżra’ fl-art biż-żegħil titlaqqa’ mal-arroganza ta’ min ikabbar il-konkrit fl-għelieqi u jbiddel “is-sbuħija fi qligħ” (p.235); il-krib tal-ħajt tas-sejjieħ jitlaqqa’ mal-konkrit, briks, u azzar tal-monstri bla gost. Ukoll, Peresso jqegħdilna ġmiel il-ġnien mogħni bil-fwieħa tal-imħabba mal-qerda qalila tal-monstri tal-konkrit. U malajr Wolff (li jħobb l-ambjent) jidħol f’kuntrast mas-sinjur tal-konsorzju (li jrid jeqred l-ambjent bil-konkrit).

 

Il-fantasija, f’dan ir-rumanz, hija tajba biex noqogħdu naħsbu biha – u turina kif l-awtur ħaseb fuq ħajtu. Ir-rumanz ta’ Peresso (maħdum ukoll bħala radjudramm fuq Campus FM) ma jippritkax imma jitħaddet mal-bniedem f’nisġa kumplessa kulturali. Iġorr qawwa psikoloġika vitali li taħkem l-immaġinazzjoni tal-qarrejja.

 

Peresso huwa awtur ta’ suġġeriment, ta’ sfumatura, ta’ intimazzjoni.