Entries by Mario Caruana

Wara Kull Tmiem aqra’ dwar l-istorja ta’ dan ir-rumanz ta’ Ben Agius

WARA KULL TMIEN huwa rumanz tal-awtur Ben Agius u ppubblikat fl-aħħar tal-2026 mid-dar tal-pubblikazjoni HORIZONS. F’dan ir-rumans ta’ 256 paġna, nitaqgħu ma’ Luċjan, eks saċerdot li tilef il-fidi tiegħu fis-saċerdozju u f’dak kollu li darba kien kapaċi jitrasmetti bħala qassis. Wara l-esperjeza qarsa tiegħu f’ El Salvador, Luċjan jirritorna lejn dar ommu marida bid-dimenzja. Missieru […]

Fejn Idur il-Pinnur novelli ta’ Joe Camilleri

TRATTI TA’ PERSONALITAJIET Huwa fatt minn ewl id-dinja li fid-dinja tal-letteratura hemm forza qawwija, li tmexxi n-narrattiva u din m’hijiex ħaġa oħra ħlief dik tal-karattru. Għax huwa l-karattru, bit-tratti tal-personalità tiegħu/tagħha li jsawru u jibnu n-narrattiva. Dawn it-tratti ta’ personalità qegħdin hemm jgħajtu l-ħin kollu biex aħna nisimgħuhom, hekk kif dawn jiġu nnarrati…irrakkuntati…bl-istess u fl-istess […]

Riċenzjoni tal-ktieb Kwadri mill-Istorja ta’ Evarist Bartolo

Kwadri mill-Istorja (2026) jkompli ma’ kotba oħrajn tal-istess kittieb, bħal Frak mill-Istorja (2025), Ritratti mill-Istorja (2025). Kollha huma kotba li jixħtu dawl fuq l-istorja, l-identità u l-kultura Maltija, imwassal permezz ta’ stil mexxej u li jistiednek taqra bla ma tiddejjaq. F’dan il-ktieb Bartolo ma jiddejjaq xejn isemmi u jislet minn xogħlijiet ta’ professuri, akkademiċi, studjużi […]

Dak li Tiżra’, TAĦSAD

INTERVISTA MA’ THERESE VELLA DWAR DAK LI TIŻRA’, TAĦSAD Meta u minn fejn twieldet l-idea li tikteb rumanz ambjentat fil-futur bħal dan? Din l-istorja ilha tberren f’moħħi minn meta miet missieri, jiġifieri 36 sena. Daqs 10 snin wara temmejt l-ewwel draft. Kont viċin li nippublikah imma minħabba l-aspett politiku ġejt avżata nerġa’ nduru. Tfajtu fil-kexxun […]

INTERVISTA MA’ ALFRED SCALPELLO DWAR META ĠEJ?

  Għaliex l-għażla tiegħek biex tittraduċi għal Malti waqgħet fuq dan ir-rumanz tal-awtriċi relattivament żagħżugħa Iris Wolff? L-ewwelnett Patrick għandek tkun taf li qabel ma ddeċidejt li naqleb dan ir-rumanz ta’ Iris Wollf, wara s-suċċess li kelli bin-‘Nemmies’,  kont qlibt għall-Malti rumanz polizzjesk ieħor tal-awtriċi Ġermaniża, internazzjonalment magħrufa, Charlotte Link,  jiġifieri ‘Die Suche’ li tajtu […]

IĊ-ĊERV ukoll midrub

Il-Poeżija ta’ San Ġwann tas-Salib San Ġwann tas-Salib huwa magħruf bħala wieħed mill-poeti kbar fil-qasam tal-letteratura Spanjola u bħala l-ogħla kittieb tal-poeżija mistika, mhux biss fi Spanja iżda madwar id-dinja kollha. Dan l-għarfien ma seħħx f’daqqa. Kritiċi letterarji bħal Menéndez Pelayo għarfu l-karattru smewwi tal-kitba tiegħu, filwaqt li studji ta’ żmienna juru li l-poeżija tiegħu […]

Kherson

Mingħajr tlaqliq nista’ngħid li KHERSON – BEJN IT-TAMA U L-QLUBIJA, rumanz storiku ieħor ta’ Ben Agius, waħħalni miegħu! Qabel dan ir-rumanz kont qrajt żewġ rumanzi storiċi oħrajn ta’ dan l-awtur illi t-tnejn għoġbuni ferm. Imma dan huwa tassew intriganti. Ġrajja intensiva, xokkanti u mimlija emozzjonijiet. Rakkont li bil-mod ta’ kif dan l-awtur jispjega l-fatti u […]

BINT L-IMĦABBA MIĊĦUDA: Joe Cardona

Għadni kif qrajt ir-rumanz BINT L-IMĦABBA MIĊĦUDA miktub minn Joe Cardona, li ħadt pjaċir bih ferm. Storja intriganti li l-intriċċi li fiha żammewni bil-kurżità matul ir-rakkont kollu. Ġrajja ta’ familja li qanqlet fija ħafna mistoqsijet illi xi drabi, irriżultaw ukoll f’risposti u sorpriżi mhux mistennija. Episodji li għaddewni minn sekwenza għal oħra sakemm fl-aħħar tar-rakkont, […]

PATRICK SAMMUT, EDITUR TAR-RIVISTA LETTERARJA IL-PONT, JINTERVISTA LIL BEN AGIUS DWAR ULIED IL-WIED Rebbieħ tal-Premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Kategorija Kotba għat-Tfal ta’ bejn 8-12-il sena bil-ktieb ULIED IL-WIED, Horizons 2024

Ix-xahar ta’ Ottubru rak tirbaħ il-premju tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-kategorija Kotba għat-Tfal ta’ Bejn 8-12-il sena għall-ktieb Ulied il-Wied. Xi jfisser dan għalik? Minkejja li meta nikteb qatt ma naħseb dwar premjijiet jew kritika, nistqarr illi meta x-xogħol li tkun wettaqt jiġi rikonoxxut u ppremjat, dan ikattar is-sodisfazzjon fil-ħidma tiegħek. Għalhekk, kien ta’ pjaċir u […]

Il-Ħajt Għandu Widintu … u Stejjer Oħra

Awtur:  Christopher Attard Biancardi Pubblikatur:  Horizons   Il-ktieb ‘IL-ĦAJT GĦANDU WIDINTU u Stejjer Oħra’ huwa l-ewwel xogħol li qrajt tal-awtur Christopher Attard Biancardi. Però mingħajr tlaqliq nista’ ngħid li mill-ewwel issorprendieni. Din hija ġabra ta’ stejjer qosra. U meta ngħid stejjer qosra huma tassew hekk għax nikkalkula li bejn wieħed u ieħor, kollha fihom madwar […]