Tlettax
“TLETTAX” – ta’ Kenneth Caruana – Pubblikazzjoni Horizons (364 faċċata) Wara ‘Qtil fis-Skiet’ (2006) u ‘Kuntatt Fatali’ (2001), Kenneth Caruana għoġbu jidħol għal thriller ferm itwal u anki b’ħafna aktar intriċċi permezz tal-ktieb “TLETTAX”. Jidher biċ-ċar li fuq tlieta toqgħod il-borma għax id-disa’ snin li għaddew mill-aħħar ktieb tiegħu ġabu magħhom maturità fis-sengħa tal-kitba li […]